Din il-ġimgħa nkomplu bit-tberik u ż-żjajjar tal-familji.

 

 

o    Nhar il-Ġimgħa – Triq is-Sur (naħa ta’ Bormla numri bil-fard).

                                           

It-Tberik jibda wara l-4:00pm

           

 

Il-Ħadd fil-quddiesa tad-9:30am jiġi amministrat is-sagrament tal-magħmudija.

 

Nhar il-Ġimgħa hija l-ewwel Ġimgħa tax-xahar. Hawn fil-knisja jkun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa tat-8:30pm u wara l-quddiesa tas-6:30pm. Fl-10:00am fiċ-ċentru pastorali ta’ Triq il-Liedna jkun hemm il-quddiesa u l-adorazzjoni.

 

Nhar il-Ġimgħa wkoll ser issir ċelebrazzjoni djoċeżana għat-tfal bi preparazzjoni għall-Milied ġew l-knisja ta’ Mliet il-Mosta. Il-Kummissjoni Tfal se torganizza trasport li jitlaq fil-5:30pm. Min hu nteressat huwa mitlub ikellem li xi ħadd mill-Kummissjoni Tfal.

 

Nhar is-Sibt huwa l-ewwel sibt tax-xahar. Wara l-quddiesa tat-7:45am fiċ-ċentru parrokkjali jkun hemm ir-rużarju meditat animat mill-Moviment Madonna ta’ Fatima.

 

Navżaw minn issa li nhar it-Tlieta 10 ta’ Diċembru ser isir irtir għat-Terzjarji Karmelitani ġewwa l-kappella ta’ San Luqa n-Nigret ir-Rabat. Tluq fit-8:30am minn ħdejn il-knisja.

 

Il-Kummissjoni Festa Esterna se torganizza diversi attivitajiet marbuta mal-festi tal-Milied. Dawn jinkludu tqassim ta’ rigali fid-djar, dinner dance nhar il-21 ta’ Diċembru u party għat-tfal nhar it-23 ta’ Diċembru. Dettalji mingħand il-membri tal-kummissjoni.

 

Il-Ħarġa tal-Flimkien ta’ Diċembru tinsab fis-sagristija. Nitolbu lid-distributuri sabiex jieħdu l-kopji tagħhom u nirringrazzjawhom.

 

Matul din il-ġimgħa miet Joseph Cachia.

 

Fl-aħħar nett navżaw li bħalissa fis-Sala San Ġorġ Preca (il-knisja l-qadima) qed isir il-bazaar tal-Milied. Tistgħu tgħaddu għalih mis-sagristija.