Din il-ġimgħa nkomplu bit-tberik u ż-żjajjar tal-familji:

·         It-Tnejn 16 ta’ April – Triq Żabbar u Sqaq Irjallu

·         It-Tlieta 17 ta’ April – Triq Hompesch (numri bil-fard)

·         L-Erbgħa 18 ta’ April – Triq Hompesch (numri biż-żewġ)

·         Il-Ħamis 19 ta’ April – Triq l-Iskola

·         Il-Ġimgħa 20 ta’ April – Triq il-Kitba u Triq it-Tagħlim

 


It-tberik u ż-żjajjar jibdew dejjem wara l-4:00pm.

 

 

Nhar it-Tlieta li ġej se jiġi organizzat nofs ta’ nhar irtir għat-Terzjarji Karmelitani fil-kappella ta’ San Luqa ġewwa n-Nigret ir-Rabat. Nitilqu fid-disgħa neqsin kwart u naslu lura fis-1:00pm.

 

 

Nhar l-Erbgħa huwa t-Tielet Erbgħa tal-Madonna tal-Karmnu. Fis-6:00pm ikun hawn ir-rużarju fis-6:30pm ikollna quddiesa bl-omelija fuq il-Madonna minn Mons Ewkarist Sultana. Wara titkanta r-Regina Coeli, Flos Carmeli u tingħata l-barka sagramentali.

 

 

 

Nhar il-Ħamis li ġej fis-7:30pm fiċ-ċentru parrokkjali se jsir seminar ta’ preparazzjoni immedjata għall-għarajjes li se jiżżewġu matul din is-sena. Inħeġġu lill-għarajjes sabiex jattendu.

 

 

Il-bazaar b’risq il-parroċċa se jibda is-Sibt 28 ta’ April. Fejn San Ġorġ Preca poġġejna qfief apposta biex min jixtieq iġib xi ħaġa għall-bazaar. Preferibbilment preserves u fajjenza. Ħwejjeġ jekk jogħġobkom importanti li jkunu ġodda. Nirringrazzjawkom bil-quddiem.

 

 

Matul dan il-weekend qed issir il-ġabra għall-karità. Aħna bħala parroċċa qed niġbru għal Dar Merħba Bik. Fil-ġenb tal-artal poġġejna qfief apposta biex min jixtieq iġib affarijiet tal-preserves. Nirringrazzjawkom.