·         Nhar it-Tnejn niċċelebraw il-festa ta’ San Ġużepp. Fis-6:00pm ikun hawn ir-rużarju u fis-6:30pm quddiesa kantata bl-omelija. Wara kant tal-innu u barka sagramentali.

 

   Din il-ġimgħa nkomplu bit-tberik u ż-żjajjar tal-familji:

It-Tlieta – Triq San Tumas (naħa ta’ Bormla numri bil-fard)

Il-Ġimgħa – Triq San Tumas (naħa ta’ Bormla numri biż-żewġ)

It-tberik u ż-żjajjar jibdew wara l-4:00pm.

 

·         Nhar l-Erbgħa ser issir ħarġa b’risq il-knisja. Tluq bil-private fit-8:30am.

 

·         Nhar il-Ħadd 26 ta’ Marzu l-quddiesa tad-9:30am tkun animata mill-Kummissjoni Tfal.

 

·         Nhar is-Sibt u l-Ħadd 25 u 26 ta’ Marzu ser issir il-ġabra li ssir kull sena fi żmien ir-Randan għall-bżonnijiet tas-seminarju u s-seminaristi.

 

·         Nhar il-Ħadd 26 ta’ Marzu ser issir iċ-ċerimonja tal-Acies tal-Leġjun ta’ Marija fil-knisja tagħna fl-4:00pm.

 

·         Il-ġabra li saret fl-ewwel Ħadd ta’ Marzu għall-knisja kienet ta’ €1585  Nirringrazzjawkom ħafna.

 

·         Dawk li jixtiequ jerfgħu fl-istatwa tad-Duluri huma mitluba jagħtu isimhom lill-kappillan. Il-Polza titla nhar il-Ħadd 26 ta’ Marzu wara l-quddiesa tad-9:30am.

 

·         Din il-ġimgħa fil-parroċċa tagħna mietu Joyce Briffa, Victoria Muscat, Brian Stafrace Dalli u Maria Garzia.