FESTA MADONNA TAL-KARMNU 2022 PROGRAMM

 

 

Il-Ġimgħa 24 ta’ Ġunju

7:30pm: Lejla Maltija fi Triq Nazzareno Farrugia, faċċata tal-Każin tal-Banda.

 

Il-Ħadd 26 ta’ Ġunju

10:15am: Żjara fiċ-Ċimiterju ta’ Marija Addolorata mill-membri tal-Kummissjoni Festa Esterna.

 

Il-Ġimgħa 1 ta’ Lulju

6.30pm: Quddiesa bi preparazzjoni għall-festa u wara siegħa adorazzjoni bi tħejjija għall-festa animata mill-Kunsill Pastorali Parrokkjali.

8:00pm: Riċeviment tal-Festa mill-Kummissjoni Festa Esterna 16 ta’ Lulju Fgura għall-membri, helpers u mistiedna oħrajn fil-Maħżen tal-Armar.

 

Is-Sibt 2 ta’ Lulju – Infakkru lil ħutna li ħallewna matul din is-sena

6.30pm: Quddiesa b ’suffraġju għal dawk ħutna li ħallewna mill-aħħar festa ’l hawn iċċelebrata mir-Rev. Kappillan P. Raymond Calleja O. Carm.

7:00pm: Fgura Fest quddiem il-Knisja Parrokjali fi Triq Hompesch organizzat mill-Kummissjoni Festa Esterna 16 ta’ Lulju Fgura.

 

Il-Ħadd 3 ta’ Lulju – Jum iż-Żgħażagħ u l-Organizzaturi u l-Helpers tal-Festa.

9.30am: Quddiesa biċ-ċelebrazzjoni tas-Sagrament tal-Magħmudija.

11:00am: Quddiesa għaż-żgħażagħ u l-addoloxxenti bis-sehem tal-membri tal-Kummissjoni Festa Esterna 16 ta’ Lulju flimkien mal-Għaqda Soċjali u Mużikali Madonna tal-Karmnu u r-reffiegħa tal-vara. Janimaw il-quddiesa l-Kummissjoni Żgħażagħ u Adoloxxenti flimkien maż-żgħażagħ tal-Fgura Youth Centre. Waqt il-quddiesa jingħata l-mandat lir-reffiegħa li se jerfgħu l-istatwa fil-festa u jitbierku l-istendardi tal-Kummissjoni Festa Esterna 16 ta’ Lulju u tal-Għaqda Soċjali u Mużikali Madonna tal-Karmnu.

12:00pm: Inawgurazzjoni ta’ bandiera ġdida għall-arblu maġġur tal-Kummissjoni Festa Esterna fi Triq il-Karmelitani.

8:00pm: Riċeviment tal-Festa mill-Għaqda Mużikali u Soċjali Madonna tal-Karmnu Fgura fil-Każin tal-Banda, għas-soċji u mistiedna oħrajn.

 

It-Tnejn 4 ta’ Lulju – Jum it-Tfal u ħruġ tal-vara min-niċċa

6.30pm: Manifestazzjoni mit -tfal bl-istatwa tal-Madonna tat-tfal li tibda’ minn quddiem il-Museum tal-bniet fi Triq il-Kampanella u tgħaddi minn Triq San Tumas, Triq il-Liedna, Triq il-Karmelitani, Triq Hompesch għall-knisja.

7.00pm: Quddiesa animata mill-Kummissjoni Tfal tal-Parroċċċa mmexxija minn P.Kurt Mizzi O. Carm.

Wara l-quddiesa jsir il-ħruġ solenni tal-vara min-niċċa fejn issir ċelebrazzjoni fuq iz-zuntier bid-daqq tal-innijiet mill-Għaqda Soċjali u Mużikali Madonna tal-Karmnu, Fgura. Wara t-tfal kollha li jkunu ħadu sehem jingħataw ġelat.

9:00pm: Blue Rally għaż-żgħażagħ imtella’ mid-Deep Blue Promotions fil-Każin tal-Banda. Dħul b’xejn.

 

It-Tlieta 5 ta’ Lulju – Jum il-Familja

Fis-6:30pm r użar ju meditat u fis-7.00pm quddiesa animata mill-Kummissjoni Familja mmexxija minn Rev. P. Renald J. M. Lofreda O. Carm, Kappillan tal-Parroċċa tal-Balluta. Mistiedna b’mod speċjali dawk il-koppji li din is-sena qed jiċċelebraw xi anniversarju speċjali kif ukoll dawk il-koppji li kellhom tarbija mill-festa tas-sena l-oħra ’l hawn.

Il-koppji li qed jiċċelebraw xi anniversarju speċjali jġeddu l-wegħdiet taż-żwieġ tagħhom u wara l-quddiesa ssir il-preżentazzjoni tat-trabi lill-Madonna tal-Karmnu.

8:30pm Festa Night quddiem il-Każin tal-Banda fi Triq Hompesch organizzata mill-Għaqda Mużikali u Soċjali Madonna tal-Karmnu u mill-Kummissjoni Festa Esterna.

 

L-Erbgħa 6 ta’ Lulju – L-Ewwel Jum tat-Tridu

 

Matul il-ġranet tat-Tridu jippriedka r-Rev. Kappillan P. Raymond Calleja O. Carm.

 

Jum it-Terzjarji Karmelitani u l-Għaqdiet Marjani

Fis-6:30pm r użar ju meditat u fis-7.00pm quddiesa tat-tridu bit-talba tal-għasar immexxija minn Rev. P. Jurgen Cucciardi O. Carm, Rettur tal-Kulleġġ San Elija.

Jieħdu sehem it-Terzjarji Karmelitani flimkien mal-Moviment Madonna ta’ Fatima u l-Leġjun ta’ Marija.

Wara l-quddiesa issir il-funzjoni tas-Salve u ċelebrazzjoni Ewkaristika.

8:30pm: Il-Banda Maria Assunta tal-Gudja tibda marċ bl-istatwa ta’ San Elija minn Triq Pawlu Muscat u tkompli f’dawn it-toroq: Lorry Sant, Bormla, Vjal Kottoner, Mater Boni Consilii, Giacomo Matteotti, Mahatma Gandhi, Summiena, Merħba, Ġojjin, Martin Luther King, Kent, San Tumas, Liedna, Karmelitani, Hompesch fejn isir it-tlugħ ta’

San Elija fuq il-kolonna quddiem il-Knisja Parrokkjali u wara l-marċ jkompli sal-Każin tal-Banda.

 

Il-Ħamis 7 ta’ Lulju – It-Tieni Jum tat-Tridu

Jum il-Ministri tal-Liturġija u l-Helpers tal-Parroċċa

9.30am: Quddiesa għall-anzjani u l-morda tal-parroċċa. Waqt il-quddiesa jiġi amministrat is-sagrament tal-morda.

Fis-6:30pm r użar ju meditat u fis-7.00pm quddiesa tat-tridu bit-talba tal-għasar immexxija minn Rev. P. Alan Adami O.P.

Jieħdu sehem il-letturi, animaturi, ministri tat-tqarbin, dawk li jqassmu l-fuljett, helpers tal-knisja u helpers tal-parroċċa. Wara l-quddiesa issir il-funzjoni tas-Salve u ċelebrazzjoni Ewkaristika.

8:30pm: Il-Banda Madonna tal-Karmnu tal-Fgura tibda marċ minn quddiem il-każin tal-banda u tkompli f’dawn it-toroq: Hompesch, Sur, Mater Boni Consilii, San Tumas, Żabbar, San Pietru, Liedna, San Tumas, Hompesch sal-Każin tal-Banda fejn titla’ l-istatwa tal-anġlu fuq il-Kolonna u jsegwi spettaklu ta’ logħob tan-nar, mużika u dawl bl-isem Stars of an Angel (tielet edizzjoni).

 

Il-Ġimgħa 8 ta’ Lulju – It-Tielet Jum tat-Tridu

Jum il-Vokazzjonijiet kif ukoll Jum l-Għaqdiet u l-Movimenti tal-Parroċċa

Fis-6:30pm r użar ju meditat u fis-7.00pm quddiesa tat-tridu bit-talba tal-għasar immexxija minn Rev. P. Maurice Abela O. Carm, Kappillan tal-parroċċa ta’ Santa Venera.

Jieħdu sehem il-membri tal-għaqdiet u l-movimenti tal-parroċċa, kif ukoll l-abbatini tal-parroċċa u l-ġenituri tagħhom. Wara l-quddiesa issir il-funzjoni tas-Salve u ċelebrazzjoni Ewkaristika.

8:15pm: Il-Banda Madonna tal-Karmnu tal-Fgura tibda marċ minn quddiem il-Knisja u tkompli f’dawn it-toroq: Hompesch, Karmelitani, Kampanella, Sur, Blondell, Bormla, W. Levanzin, Gallu, Hompesch, Sant’Antnin, Klerku, Karmnu, Kitba, Sur u Hompesch sal-kolonna fejn il-banda ssellem lill-Madonna waqt it-tlugħ tagħha fuq il-kolonna bl

-Innu Popolari. Fi tmiem il-marċ isir spettaklu ta’ logħob tan-nar u dawl.

11:45pm: Inawgur azzjoni tal-pedestall il-ġdid tal-Madonna tal-Karmnu.

 

Is-Sibt 9 ta’ Lulju – Lejliet il-Festa

8.30am: Quddiesa kanta ta immexxija minn P. Ivan Scicluna O. Carm, Direttur Provinċjali tal-Vokazzjonijiet. Fl-aħħar tal-quddiesa jitkanta t-Te Deum bħala ringrazzjament.

6.30pm: Translazzjoni Solenni bir-relikwa tal-Madonna mill-Museum tas-Subien u li tgħaddi minn Triq il-Karmelitani, Triq Hompesch għall-Knisja mmexxija mill-W.R.P. Joseph Saliba O. Carm Pirjol Provinċjali flimkien mal-komunità Karmelitana.

7.00pm: Quddiesa ka nta ta mmexxija mill-W.R.P. Joseph Saliba O. Carm Pirjol Provinċjali flimkien mal-komunità Karmelitana.

Wara l-quddiesa issir il-funzjoni tas-Salve u ċelebrazzjoni Ewkaristika.

9:00pm: Il-Banda ‘Madonna tal-Karmnu’ tal-Fgura tesegwixxi programm mużikali quddiem il-Każin tal-Banda taħt it-tmexxija tas-Surmast Direttur Johan Debattista Dip. LCM, ALCM.

11:15pm: Ħruq tan-nar tal-art f’Wesgħa Kunsill tal-Ewropa u nar sinkronizzat mal-mużika flimkien ma’ kaxxi infernali.

 

Il-Ħadd 10ta’ Lulju – Jum il-Festa

Filgħodu, il-quddies tas-6:00am, 7:00am u 8:00am ikun bħas-soltu.

9.00am: Quddiesa pr inċipali tal-festa immexxija mir-Rev. Kappillan P. Raymond Calleja O. Carm flimkien mal-komunità Karmelitana bis-sehem tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, il-kummisjonijiet tal-parroċċa, il-Kunsill Lokali u l-għaqdiet reliġjużi u ċivili tal-parroċċa. Waqt il-quddiesa jinseġ il-paniġierku Rev P.Victor Paul Farrugia O.

Carm, Direttur Provinċjali tat-Terzjarji Karmelitani.

11.00am: Quddiesa.

11:00am: Il-Banda ‘Madonna tal-Karmnu’ tal-Fgura tibda marċ minn quddiem il-Kazin tal-Banda u tkompli f’dawn it-toroq Hompesch, Bormla, Vjal Kottoner, Sur, Hompesch, San Tumas, Valperga, Karmelitani, Hompesch sal-Każin tal-banda.

Fis-6:00pm rużarju meditat u fis-6.30pm quddiesa bit-talba tal-għasar immexxija minn P. Joe Vella O. Carm.

Wara l-quddiesa tibda l-purċissjoni bl-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu mmexxija mill-W.R.P. Joseph Saliba O. Carm Pirjol Provinċjali li tgħaddi minn Triq Hompesch, Triq Żabbar, Triq San Pietru, Triq Mater Boni Consglii, Triq is-Sur, Triq il-Kitba, Triq il-Karmnu, Triq l-Iskola, Triq Sant’Antnin, Triq Hompesch għall-knisja.

7:00pm: Il-Banda Santa Marija ta’ Ħad-Dingli tibda marċ minn Wesgħa Kunsill tal-Ewropa għal Triq Hompesch saz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali fejn tilqa’ l-Istatwa Titulari bid-daqq tal-Innu Popolari fil-ħruġ tal-purċissjoni fejn issir tislima lill-Madonna bil-kant minn Rebecca Scerri u wara tkompli takkumpanja l-purċissjoni sa kantuniera ma’ Triq

il-Karmelitani. Wara, il-Banda tesegwixxi programm mużikali fuq il-planċier quddiem il-knisja. Il-Banda ser tkun immexxija minn Mro Alistair Attard. Tkanta flimkien mal-banda, Lara Azzopardi.

7:30pm: Il-Banda Imperial tal-Mellieħa tibda marċ minn Triq il-Karmelitani, minn ħdejn il-Museum tas-subien għal Triq Hompesch fejn tingħaqad mal-purċissjoni minn kantuniera ma’ Triq il-Karmelitani u tkompli takkumpanja fi Triq Hompesch, Triq Żabbar, Triq San Pietru, Triq Mater Boni Consilii, Triq il-Kitba u Triq Hompesch sal-Knisja Parrokkjali fejn issellem lill-Madonna bl-Innu Popolari u l-Ave Maria kantata mis-sopran Vanessa Vassallo.

10.30pm: Isir id-dħul tal-vara fil-knisja, titkanta l-antifona tal-Flos Carmeli u ssir ċelebrazzjoni Ewkaristika.

 

Il-Ħadd 17 ta’ Lulju

9:30am: Quddiesa ta ’ Radd il-Ħajr bis-sehem tal-Kummissjoni Festa Esterna 16 ta’ Lulju flimkien mal-Għaqda Soċjali u Mużikali Madonna tal-Karmnu iċċelebrata mir-Rev Kappillan P. Raymond Calleja O Carm. Wara l-quddiesa jsir id-dħul tal-vara fin-niċċa.

 

Matul il-ġranet tal-festa il-kant ikun immexxi mill-Kor Parrokkjali Infaħħru lil Marija taħt id-direzzjoni tas-Surmast Simon Ellul AMusLCM kif ukoll mill-Kor Flower of Carmel taħt id-direzzjoni tas-Sinjura Lilian Plumpton.