Il-Ġimgħa 22 ta’ Ġunju

Fis-7.00pm Lejla Maltija quddiem il-Każin tal-Banda fi Triq Hompesch organizzata mill-Għaqda Mużikali u Soċjali Madonna tal-Karmnu Fgura. Ikun hemm ikel u xorb, kant, żfin, logħob, tombla u divertiment għal kulħadd. Ma jonqsux il-mistiedna speċjali!

 

Il-Ġimgħa 29 ta’ Ġunju

Fis-6.30pm quddiesa bi preparazzjoni għall-festa u wara siegħa adorazzjoni bi tħejjija għall-festa animata mill-Kunsill Pastorali Parrokkjali.

 

Is-Sibt 30 ta’ Ġunju Infakkru lil ħutna li ħallewna matul din is-sena

Fis-6.30pm quddiesa b’suffraġju għal dawk ħutna li ħallewna mill-aħħar festa ’l hawn iċċelebrata mir-Rev. Kappillan P. Raymond Calleja O.Carm.

Fis-7.00pm Fgura Fest quddiem il-Knisja Parrokjali fi Triq Hompesch organizzat mill-Kummissjoni Festa Esterna 16 ta’ Lulju Fgura. Ikun hemm ikel u xorb, kant, żfin, logħob, tombla u divertiment għal kulħadd. Ma jonqsux il-mistiedna speċjali!

 

Il-Ħadd 1 ta’ Lulju Jum iż-Żgħażagħ u l-Organizzaturi u l-Helpers tal-Festa. Fid-9.30am quddiesa għaż-żgħażagħ u l-addoloxxenti bis-sehem tal-membri tal Kummissjoni Festa Esterna 16 ta’ Lulju flimkien mal-Għaqda Soċjali u Mużikali Madonna tal-Karmnu u ir-reffiegħa tal-vara. Janimaw il-quddiesa l-Kummissjoni Żgħażagħ u Adoloxxenti flimkien maż-żgħażagħ tal-Fgura Youth Centre. Fi tmiem il-quddiesa jingħata l-mandat li-reffiegħa li se jerfgħu l-istatwa fil-festa u jitbierku l-istendardi tal-Kummissjoni Festa Esterna 16 ta’ Lulju u tal-Għaqda Soċjali u Mużikali Madonna tal-Karmnu u jsir l-għoti tal-kuruni tar-rand lil xulxin bħala sinjal ta’ għaqda. Imexxi l-quddiesa is-saċerdot novell P. Kurt Mizzi O.Carm.

Fl-10.30am riċeviment tal-Festa mill-Kummissjoni Festa Esterna 16 ta’ Lulju Fgura għall-membri, helpers u mistiedna oħrajn fil-Maħżen tal-Armar.

Fis-6.30pm quddiesa biċ-ċelebrazzjoni tas-Sagrament tal-Magħmudija immexxija mir-Rev. Kappillan P. Raymond Calleja O.Carm.

Fis-7.30pm riċeviment tal-Festa mill-Għaqda Mużikali u Soċjali Madonna tal-Karmnu Fgura fil-Każin tal-Banda, għas-soċji u mistiedna oħrajn.

It-Tnejn 2 ta’ Lulju – Jum it-Tfal u ħruġ tal-vara min-niċċa

Fis-6.30pm tibda’ manifestazzjoni mit-tfal bl-istatwa tal-Madonna tat-tfal li tibda’ minn quddiem il-Museum tal-bniet fi Triq il-Kampanella u tgħaddi minn Triq San Tumas, Triq il-Liedna, Triq il-Karmelitani, Triq Hompesch għall-knisja.

Fis-7.00pm tibda’ quddiesa animata mill-Kummissjoni Tfal tal-Parroċċċa mmexxija minn Rev. P. Joe Vella O.Carm.

 

Wara l-quddiesa jsir il-ħruġ solenni tal-vara min-niċċa fejn issir ċelebrazzjoni fuq iz-zuntier bid-daqq tal-innijiet mill-Għaqda Soċjali u Mużikali Madonna tal-Karmnu, Fgura. Waqt li l-vara tkun fuq iz-zuntier il-kantanta Rita Pace issellem il-Madonna b’innu ta’ tifħir.

Tingħata tifkira lit-tfal kollha li jieħdu sehem.

Fid-9.00pm Blue Rally għaż-żgħażagħ mtella mid-Deep Blue Promotions bil-kollaborazzjoni tas-Sezzjoni Żgħażagħ tal-Kummissjoni Festa Esterna. Dħul b’xejn.

 

It-Tlieta 3 ta’ Lulju – Jum il-Familja

Fis-6.30pm rużarju meditat.

Fis-7.00pm quddiesa animata mill-Kummissjoni Familja immexxija minn

P. Renald J.M Lofreda O.Carm. Wara l-quddiesa ssir il-preżentazzjoni tat-trabi lil Madonna tal-Karmnu.

Għal din il-quddiesa huma mistiedna b’mod speċjali dawk li kellhom tarbija mill-festa tas-sena l-oħra ’l hawn.

Fit-8.30pm il-Banda ‘Spinola’ ta’ San Ġiljan tibda marċ minn Triq San Mikiel kantuniera ma’ Triq il-Koppla u tkompli f’dawn it-toroq, Mater Boni Consiglii, Sponsun, Kent, Martin Luther King, Mahatma Ghandi, Sur, 14 ta’ Diċembru, Karmnu, Triq Hompesch fejn isir it-tlugħ ta’ San Elija fuq il-kolonna quddiem il-Knisja Parrokkjali u wara l-marċ jkompli sa Triq il-Karmelitani.

 

L-Erbgħa 4 ta’ Lulju – L-Ewwel Jum tat-Tridu - Jum it-Terzjarji Karmelitani u l-Għaqdiet Marjani

Fis-6.00pm rużarju meditat.

Fis-6.30pm Għasar kantat immexxi minn Rev. P. Mawrizju Mizzi O.Carm.

Fis-7.00pm quddiesa tat-tridu mmexxija mill-Kappillan P. Raymond Calleja O.Carm bil-priedka tat-Tridu mill-istess kappillan.

Jieħdu sehem it-Terzjarji Karmelitani tal-Fgura, Ħaż-Żabbar, -Żejtun, -Żurrieq, l-Imsida, Birkirkara u l-Ħamrun flimkien mal-Moviment Madonna ta’ Fatima u l-Leġjun ta’ Marija.

Wara l-quddies issir il-funzjoni tas-Salve u ċelebrazzjoni Ewkaristika.

Fit-8.30pm il-Banda Maria Assunta tal-Gudja tibda marċ minn Triq il-Liedna u tkompli f’dawn it-toroq: San Tumas, Kampanella, Ward tax-Xemx, Ċensu Busuttil, Qronfla, Kampanella, Ġiżi, Liedna, San Mikiel, Mater Boni Consigli, Ħuttafa, Kent, 26 ta Marzu, Koppla, San Tumas, Kent, Klabb tal-Boċċi, Martin Luther King, Mahatma Ghandi, Summiena, Merħba, San Xmun, 14 ta’ Diċembru, Sur, Hompesch sal-każin.

 

 

Il-Ħamis 5 ta’ Lulju – It-Tieni Jum tat-Tridu - Jum il-Vokazzjonijiet u l-Ministri tal-Liturġija

Fid-9.30am quddiesa għall-anzjani mmexxija minn Rev. P. Mawrizju Mizzi

O.Carm. Wara ssir bibita fiċ-ċentru parrokkjali. Fis-6.00pm rużarju meditat.

Fis-6.30pm Għasar kantat immexxi minn Rev. P. Joe Vella O.Carm.

Fis-7.00pm quddiesa tat-tridu mmexxija minn P. Ivan Scicluna O.Carm bil-priedka tat-Tridu mill-kappillan P. Raymond Calleja O.Carm.

Jieħdu sehem il-letturi, animaturi, ministri tat-tqarbin u l-abbatini. Wara l-quddies issir il-funzjoni tas-Salve u ċelebrazzjoni Ewkaristika.

Illum huma mistiedna speċjali il-familjari tal-abbatini, il-ministri tal-liturġija u l-familjari tagħhom u l-helpers tal-knisja u dawk li jqassmu l-flimkien.

Fit-8.30pm il-Banda ‘Madonna tal-Karmnu’ tal-Fgura tibda marċ minn quddiem il-każin tal-banda u tkompli f’dawn it-toroq: Hompesch, Sur, Mater Boni Consigli, San Tumas, Kent, Sejba Punika, Sponsun, Żabbar, San Pietru, Liedna,

San Tumas, Hompesch sal-każin tal-Banda fejn titla l-istatwa tal-anġlu fuq il-Kolonna.

 

 

Il-Ġimgħa 6 ta’ Lulju It-Tielet Jum tat-Tridu Jum l-Għaqdiet u l-Movimenti tal-Parroċċa

Fis-6.00pm rużarju meditat.

Fis-6.30pm Għasar kantat immexxi mir-Rev. P. Raymond Calleja O.Carm, kappillan.

Fis-7.00pm quddiesa tat-tridu mmexxija mis-saċerdot novell P. Alan Adami O.P bil-priedka tat-Tridu mill-kappillan P. Raymond Calleja O.Carm.

Jieħdu sehem il-membri tal-għaqdiet u l-movimenti tal-parroċċa. Wara l-quddies issir il-funzjoni tas-Salve u ċelebrazzjoni Ewkaristika.

 

Illum ukoll huma mistiedna speċjali dawk il-koppji li żżewġu mill-aħħar festa

’l hawn u dawk il-koppji li qed jiċċelebraw anniversarju speċjali b’mod partikulari, 10, 20, 25, 30, 40, 50 u 60 sena miż-żwieġ tagħhom.

Fit-8.15pm il-Banda ‘Madonna tal-Karmnu’ tal-Fgura tibda marċ minn quddiem il-Knisja bl-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu u tkompli f’dawn it-toroq: Hompesch, Karmelitani, Kampanella, Sur, Blondell, Bormla, W. Levanzin, Gallu, Hompesch, Sant’Antnin, Klerku, Karmnu, Kitba, Sur u Hompesch sal-kolonna fejn il-banda ssellem lill-Madonna waqt it-tlugħ tagħha fuq il-kolonna bl-Innu Popolari.

 

 

Is-Sibt 7 ta’ Lulju Lejliet il-Festa

Fit-8.30pm quddiesa kantata immexxija minn Dun Ewkarist Sultana Arċipriet Emeritus tax-Xagħra, Għawdex. Fl-aħħar tal-quddiesa jitkanta t-Te Deum bħala ringrazzjament u ssir funzjoni tas-Salve.

Fis-6.30pm Translazzjoni Solenni bir-relikwa tal-Madonna mill-Museum tas-Subien u li tgħaddi minn Triq il-Karmelitani, Triq Hompesch għall-Knisja mmexxija mir-Rev. Kappillan P. Raymond Calleja O.Carm flimkien mal-komunità Karmelitana. Matul it-translazzjoni jieħu sehem il-Kor Flower of Carmel bl-innijiet Marjani.

Fis-7.00pm quddiesa kantata mmexxija mir-Rev. Kappillan P. Raymond Calleja

O.Carm flimkien mal-komunità Karmelitana.

Wara l-quddiesa issir il-funzjoni tas-Salve u ċelebrazzjoni Ewkaristika.

Fit-8.30pm il-Banda ‘Madonna tal-Karmnu’ tal-Fgura tibda marċ minn Triq Hompesch kantuniera ma’ Triq il-Bieb sa’ quddiem il-Każin tal-Banda fejn tesegwixxi programm mużikali quddiem il-Każin tal-Banda. Fi tmiem il-programm tagħmel marċ minn quddiem il-Każin sa Wesgħa Kunsill tal-Ewropa.

Fil-11:30pm ħruq tan-nar tal-art f’Wesgħa Kunsill tal-Ewropa.

 

Il-Ħadd 8 ta’ Lulju – u mil-Festa

Fis-6.00am quddiesa ċċelebrata minn P. Joe Vella O.Carm.

Fis-7.00am quddiesa ċċelebrata minn P. Mawrizju Mizzi O.Carm.

Fit-8.00am quddiesa ċċelebrata mir-Rev. Kappillan P. Raymond Calleja O.Carm.

Fid-9.00am quddiesa prinċipali tal-festa immexxija mill-Wisq Rev. P. Alexender Vella O.Carm, Pirjol Provinċjali flimkien mal-komunità Karmelitana bis-sehem tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, il-kummisjonijiet tal-parroċċa, il-Kunsill Lokali u l-għaqdiet reliġjużi u ċivili tal-parroċċa. Fil-quddiesa jippriedka l-provinċjal

P.Alexander Vella O.Carm fl-okkażżjoni t’għeluq is-600 sena tal-preżenza tal-patrijiet Karmelitani f’Malta.

Fil-11.00am quddiesa ċċelebrata minn Dun Ewkaristiku Sultana, Arċipriet Emeritus tax-Xagħra, Għawdex.

Fil-11.00am il-Banda ‘Madonna tal-Karmnu’ tal-Fgura tibda marċ minn quddiem il-Kazin tal-Banda u tkompli f’dawn it-toroq Hompesch, Bormla, Vjal Kottoner, Sur, Kampanella, George Stevens, Karmelitani, Valperga, San Tumas, Hompesch sal-każin tal-banda.

Fis-6.00pm għasar solenni mmexxi minn P. Maurice Abela O.Carm kappillan tal-parroċċa ta’ Santa Venera flimkien mal-komunità Karmelitana.


Fis-6.30pm quddiesa mmexxija minn P. Jurgen Cucciardi rettur tal-Kulleġġ San Elija.

Wara l-quddiesa tibda l-purċissjoni bl-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu mmexxija minn P. Maurice Abela O.Carm kappillan tal-parroċċa ta’ Santa Venera li tgħaddi minn Triq Hompesch, Triq Żabbar, Triq San Pietru, Triq Mater Boni Consglii, Triq is-Sur, Triq il-Kitba, Triq il-Karmnu, Triq l-Iskola, Triq Sant’Antnin, Triq Hompesch għall-knisja.

Fis-7.00pm Il-Banda ‘Santa Marija’ ta’ Ħad-Dingli tibda marċ minn Wesgħa Kunsill tal-Ewropa għal Triq Hompesch saz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali fejn tilqa’ l-Istatwa Titulari bid-daqq tal-Innu Popolari fil-ħruġ tal-purċissjoni fejn issir tislima lill-Madonna bil-kant minn Rebecca Scerri u wara tkompli takkumpanja l-purċissjoni sa kantuniera ma’ Triq il-Karmelitani. Wara, il-Banda teseġwixxi programm mużikali fuq il-planċier quddiem il-knisja. Il-Banda ser tkun immexxija mill-Surmast Direttur Richard Bugeja FLCM, FVCM(Hons.). Tkanta flimkien mal-banda Lara Azzopardi.

Fis-7:15pm Il-Banda ‘Imperial’ tal-Mellieħa tibda marċ minn Triq il-Karmelitani, minn ħdejn il-Museum tas-subien għal Triq Hompesch fejn tingħaqad mal- purċissjoni minn kantuniera ma’ Triq il-Karmelitani u tkompli takkumpanja fi Triq Hompesch, Triq Żabbar, Triq San Pietru, Triq Mater Boni Consigli, Triq il-Kitba u Triq Hompesch sal-Knisja Parrokkjali. Kif l-istatwa tasal quddiem il- każin tal-banda issir tislima lil Madonna bil-kant tal-Ave Maria minn Rebecca Scerri.

Fl-10.15pm l-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu tasal fuq iz-zuntier fejn issir tislima lil Madonna bil-kant tal-Ave Maria u l-Innu tal-Parroċċa mis-Sopran Vanessa Fenech.

Fl-10.30pm isir id-dħul tal-vara fil-knisja, titkanta l-antifona tal-Flos Carmeli u ssir ċelebrazzjoni Ewkaristika.

 

Il-Ħadd 15 ta’ Lulju

Fid-9:30am quddiesa ta’ Radd il-Ħajr bis-sehem tal- Kummissjoni Festa Esterna 16 ta’ Lulju flimkien mal- Għaqda Soċjali u Mużikali Madonna tal-Karmnu iċċelebrata mir-Rev Kappillan P. Raymond Calleja O Carm. Wara l-quddiesa jsir id-dħul tal-vara fin-niċċa.

 

Matul il-ġranet tal-festa il-kant ikun immexxi mill-Kor Parrokkjali Infaħħru lil Marija taħt id-direzzjoni tas-Surmast Simon Ellul AMusLCM. 

 

Fiċ-ċelebrazzjonijiet ta’ tħejjija u matul it-translazzjoni il-kant ikun immexxi mill-Kor Flower of Carmel taħt id-direzzjoni tas-Sinjura Lilian Plumpton.