Il-Ġimgħa 28 ta’ Ġunju

7.30pm: Lejla Sajfija quddiem il-Każin tal-Banda fi Triq Hompesch. Ikun hemm ikel u xorb, spettaklu, logħob għat-tfal u tombla. Ma jonqsux il-mistiedna speċjali!

 

Il-Ħamis 4 ta’ Lulju

7:00pm: Fun games għat-tfal tal-parroċċa fuq iz-zuntier tal-knisja organizzati mill-Kummissjoni Tfal tal-parroċċa.

 

Il-Ġimgħa 5 ta’ Lulju

6:30pm: Quddiesa bi preparazzjoni għall-festa u wara siegħa adorazzjoni bi tħejjija għall-festa animata mill-Kunsill Pastorali Parrokkjali.

 

Is-Sibt 6 ta’ Lulju Infakkru lil ħutna li ħallewna matul din is-sena

6.30pm: Quddiesa  b’suffraġju  għal  dawk  ħutna  li  ħallewna  mill-aħħar  festa ’l hawn iċċelebrata mir- Rev. Kappillan P. Raymond Calleja O. Carm.

7.00pm: Id-19-il edizzjoni tal-FguraFest quddiem il-Knisja Parrokjali fi Triq Hompesch organizzat mill-Kummissjoni Festa Esterna 16 ta’  Lulju  Fgura. Ikun hemm ikel u xorb, kant, żfin, logħob, tombla u divertiment għal kulħadd. Ma jonqsux il-mistiedna speċjali!

 

Il-Ħadd 7 ta’ Lulju Jum -Żgħażagħ u l-Organizzaturi u l-Helpers tal-Festa

9.30am:  Quddiesa  għaż-żgħażagħ  u   l-addoloxxenti   bis-sehem   tal-membri tal Kummissjoni Festa Esterna 16 ta’ Lulju flimkien mal-Għaqda Soċjali u Mużikali Madonna tal-Karmnu u r-reffiegħa tal-vara. Janimaw il-quddiesa l-Kummissjoni Żgħażagħ u Adoloxxenti flimkien maż-żgħażagħ tal-Fgura Youth Centre. Fi tmiem il-quddiesa jingħata l-mandat lir-reffiegħa li se jerfgħu l-istatwa fil-festa u jitbierku l-istendardi tal-Kummissjoni Festa Esterna 16 ta’ Lulju u tal-Għaqda Soċjali u Mużikali Madonna tal-Karmnu u jsir l-għoti tal-kuruni tar-rand lil xulxin bħala sinjal ta’ għaqda. Imexxi l-quddiesa P. Kurt Mizzi O. Carm.

10:30am Riceviment tal-Festa mill-Kummissjoni Festa Esterna 16  ta’  Lulju Fgura għall-membri, helpers u mistiedna oħrajn fil-Maħżen tal-Armar.

6.30pm: Quddiesa biċ-ċelebrazzjoni tas-Sagrament tal-Magħmudija immexxija mir-Rev. Kappillan P. Raymond Calleja O. Carm.

8.00pm: Riċeviment tal-Festa mill-Għaqda Mużikali u Soċjali Madonna tal-Karmnu Fgura fil-Każin tal-Banda, għas-soċji u mistiedna oħrajn.

 

It-Tnejn 8 ta’ Lulju – Jum it-Tfal u ħruġ tal-vara min-niċċa

6.30pm: Tibda’ manifestazzjoni mit-tfal bl-istatwa tal-Madonna tat-tfal li tibda’ minn quddiem il-Museum tal-bniet fi Triq il-Kampanella u tgħaddi minn Triq San Tumas, Triq il-Liedna, Triq il-Karmelitani, Triq Hompesch għall-knisja.

7.00pm: Tibda’ quddiesa animata mill-Kummissjoni Tfal tal-Parroċċċa mmexxija mir-Rev. Dun Brian Gialanzé, kappillan tal-Kalkara.

Wara l-quddiesa jsir il-ħruġ solenni tal-vara min-niċċa fejn issir ċelebrazzjoni fuq iz-zuntier bid-daqq tal-innijiet mill-Għaqda Soċjali u Mużikali Madonna tal- Karmnu, Fgura. Wara t-tfal kollha li jkunu ħadu sehem, huma mistiedna ġewwa l-maħżen tal-armar fejn jingħataw ġelat.

      9:00pm: Blue Rally għaż-żgħażagħ imtella’ mid-Deep Blue Promotions fil-Każin tal-Banda. Dħul b’xejn.

 

It-Tlieta 9 ta’ Lulju – Jum il-Familja 6.30pm: Rużarju meditat.

7.00pm: Quddiesa animata mill-Kummissjoni Familja immexxija minn P. Kurt Mizzi O.Carm. Wara l-quddiesa ssir il-preżentazzjoni tat-trabi lil Madonna tal-Karmnu. Għal din il-quddiesa huma mistiedna b’mod speċjali dawk li kellhom tarbija mill-festa tas-sena l-oħra ’l hawn.

8:30pm Fuq stedina tal-Kummissjoni Festa Esterna Fgura, il-Banda ‘Spinola’ ta’ San Ġiljan tibda marċ minn Triq San Elija u tkompli f’dawn it-toroq, Grawwa, Merħba, Parroċċa, Niġem, Karmnu, Merħba, San Xmun, 14 ta’ Diċembru, 21 ta’ Jannar 1965, Antonio u Maria Cumbo, Karmnu, Triq Hompesch fejn isir it-tlugħ ta’ San Elija fuq il-kolonna quddiem il-Knisja Parrokkjali u wara l-marċ jkompli sa Triq il-Karmelitani fejn jintemm quddiem il-maħżen tal-armar.

 

L-Erbgħa 10 ta’ Lulju L-Ewwel Jum tat-Tridu Jum it-Terzjarji Karmelitani u l-Għaqdiet Marjani

       6.00pm: Rużarju meditat.

6.30pm: Għasar kantat immexxi minn P. Mawrizju Mizzi O. Carm.

7.00pm: Quddiesa tat-tridu mmexxija minn Rev Kappillan P. Raymond Calleja

O. Carm bil-priedka tat-Tridu minn Rev. P. Maurice Abela O. Carm, kappillan ta’ Santa Venera. Jieħdu sehem it-Terzjarji Karmelitani tal-Fgura, Ħaż-Żabbar, -Żejtun, -Żurrieq, l-Imsida, Birkirkara u l-Ħamrun flimkien mal-Moviment Madonna ta’ Fatima u l-Leġjun ta’ Marija.

Wara l-quddies issir il-funzjoni tas-Salve u ċelebrazzjoni Ewkaristika.

8:30pm: Fuq stedina tal-Għaqda Mużikali u Soċjali Madonna tal-Karmnu, il-Banda  Maria Assunta  tal-Gudja  tibda  marċ  minn  Triq  il-Liedna  u  tkompli f’dawn it-toroq: San Tumas, Kampanella, Ward tax-Xemx, Censu Busuttil, Qronfla, Kampanella, San Pietru, Liedna, Rihan, Żabbar, San Mikiel, Mater Boni Consilii, Ħuttafa, Kent, 26 ta Marzu, Koppla, San Tumas, Kent, Klabb tal-Boċċi, Martin Luther King, Mahatma Ghandi, Summiena, Merħba, Sur, Hompesch sal-Każin tal-Banda.

 

Il-Ħamis 11 ta’ Lulju – It-Tieni Jum tat-Tridu Jum il-Vokazzjonijiet u l-Ministri tal-Liturġija

9.30am: Quddiesa għall-anzjani mmexxija minn P. Mawrizju Mizzi O. Carm. Wara ssir bibita fis-Sala San Ġorġ Preca.

      6.00pm: Rużarju meditat.

6.30pm: Għasar kantat immexxi minn P. Joe Vella O. Carm.

7.00pm: Quddiesa tat-tridu mmexxija minn P. Joe Vella bil-priedka tat-Tridu mir-Rev. P. Maurice Abela O. Carm, kappillan ta’ Santa Venera.

Jieħdu sehem il-letturi, animaturi, ministri tat-tqarbin u l-abbatini. Wara l-quddies issir il-funzjoni tas-Salve u ċelebrazzjoni Ewkaristika.

Illum huma mistiedna speċjali il-familjari tal-abbatini, il-ministri tal-liturġija u l-familjari tagħhom u l-helpers tal-knisja u dawk li jqassmu l-Flimkien.

8:30pm: Il-Banda ‘Madonna tal-Karmnu’ tal-Fgura tibda marċ minn quddiem il-każin tal-banda u tkompli f’dawn it-toroq: Hompesch, Sur, Mater Boni Consilii, San Tumas, Żabbar, San Pietru, Liedna, San Tumas, Hompesch sal-Każin tal-Banda fejn titla’ l-istatwa tal-anġlu fuq il-Kolonna u jsegwi spettaklu ta’ logħob tan-nar, mużika u dawl bl-isem Stars of an Angel (tieni edizzjoni).

 

Il-Ġimgħa 12 ta’ Lulju It-Tielet Jum tat-Tridu Jum l-Għaqdiet u l-Movimenti tal-Parroċċa

       6.00pm: Rużarju meditat.

6.30pm: Għasar kantat immexxi mir-Rev. Kappillan P. Raymond Calleja O. Carm.

7.00pm: Quddiesa tat-tridu mmexxija minn P. Mawrizju Mizzi O. Carm bil-priedka tat-Tridu minn Rev. P. Maurice Abela, kappillan ta’ Santa Venera.

Jieħdu sehem il-membri tal-għaqdiet u l-movimenti tal-parroċċa. Wara l-quddies issir il-funzjoni tas-Salve u ċelebrazzjoni Ewkaristika.

Illum ukoll huma mistiedna speċjali dawk il-koppji li żżewġu mill-aħħar festa ’l hawn u dawk il-koppji li qed jiċċelebraw anniversarju speċjali b’mod partikulari, 10, 20, 25, 30, 40, 50 u 60 sena miż-żwieġ tagħhom.

8:15pm: Il-Banda ‘Madonna tal-Karmnu’ tal-Fgura tibda marċ minn quddiem il-Knisja u tkompli f’dawn it-toroq: Hompesch, Karmelitani, Kampanella, Sur, Blondell, Bormla, W. Levanzin, Gallu, Hompesch, Sant’Antnin, Klerku, Karmnu, Kitba, Sur u Hompesch sal-kolonna fejn il-banda ssellem lill-Madonna waqt it-tlugħ tagħha fuq il-kolonna bl-Innu Popolari.

Is-Sibt 13 ta’ Lulju Lejliet il-Festa

8.30am: Quddiesa kantata immexxija minn P. Alan Adami O.P. Fl-aħħar tal-quddiesa jitkanta t-Te Deum bħala ringrazzjament u ssir funzjoni tas-Salve.

6.30pm: Translazzjoni Solenni bir-relikwa tal-Madonna mill-Museum tas-Subien u li tgħaddi minn Triq il-Karmelitani, Triq Hompesch għall-Knisja mmexxija mill-W.R.P. Joseph Saliba O. Carm Pirjol Provinċjali flimkien mal-komunità Karmelitana. Matul it-translazzjoni jieħu sehem il-Kor Flower of Carmel bl-innijiet Marjani.

7.00pm: Quddiesa kantata mmexxija mill-W.R.P. Joseph Saliba O. Carm Pirjol Provinċjali flimkien mal-komunità Karmelitana.

Wara l-quddies issir il-funzjoni tas-Salve u ċelebrazzjoni Ewkaristika.

9:00pm: Il-Banda ‘Madonna tal-Karmnu’ tal-Fgura tesegwixxi programm mużikali quddiem il-Każin tal-Banda taħt it-tmexxija tas-Surmast Direttur Johan Debattista Dip. LCM, ALCM.

11:15pm Ħruq tan-nar tal-art f’Wesgħa Kunsill tal-Ewropa akkumpanjat minn spettaklu ta’ nar sinkronizzat mal-mużika organizzat mis-Sezzjoni Żgħażagħ tal-Kummissjoni Festa Esterna.

 

Il-Ħadd 14 ta’ Lulju – Jum il-Festa

       6.00am: Quddiesa ċċelebrata minn P. Joe Vella O. Carm.

7.00am: Quddiesa ċċelebrata minn P. Mawrizju Mizzi O. Carm.

8.00am: Quddiesa ċċelebrata mill-W.R.P. Joseph Saliba O. Carm Pirjol Provinċjali.

9.00am: Quddiesa prinċipali tal-festa immexxija mir-Rev. Kappillan P. Raymond Calleja O. Carm flimkien mal-komunità Karmelitana bis-sehem tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali, il-kummisjonijiet tal-parroċċa, il-Kunsill Lokali u l-għaqdiet reliġjużi u ċivili tal-parroċċa. Waqt il-quddiesa jinseġ il-paniġierku P. Ivan Sciciluna O. Carm.

11.00am: Quddiesa ċċelebrata minn P. Kurt Mizzi O. Carm.

11:00am: Il-Banda ‘Madonna tal-Karmnu’ tal-Fgura tibda marċ minn quddiem il-Kazin tal-Banda u tkompli f’dawn it-toroq Hompesch, Bormla, Vjal Kottoner, Sur, Hompesch, San Tumas, Valperga, Karmelitani, Hompesch sal-Każin tal-banda.

6.00pm:  Għasar  solenni  mmexxi  mir-Rev.  Kappillan  P.  Raymond  Calleja O. Carm flimkien mal-komunità Karmelitana.

6.30pm: Quddiesa mmexxija minn P. Joe Vella O. Carm.

Wara l-quddiesa tibda l-purċissjoni bl-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu mmexxija mill-W.R.P.  Joseph  Saliba  O.  Carm  Pirjol  Provinċjali  li  tgħaddi  minn  Triq Hompesch, Triq Żabbar, Triq San Pietru, Triq Mater Boni Consglii, Triq is-Sur, Triq il-Kitba, Triq il-Karmnu, Triq l-Iskola, Triq Sant’Antnin, Triq Hompesch għall-knisja.

7:00pm: Fuq stedina tal-Kummissjoni Festa Esterna Fgura, il-Banda Santa Marija ta’ Ħad-Dingli tibda marċ minn Wesgħa Kunsill tal-Ewropa għal Triq Hompesch saz-zuntier tal-Knisja Parrokkjali fejn tilqa’ l-Istatwa Titulari bid-daqq tal-Innu Popolari fil-ħruġ tal-purċissjoni fejn issir tislima lill-Madonna bil-kant minn Rebecca Scerri u wara tkompli takkumpanja l-purċissjoni sa kantuniera ma’ Triq il-Karmelitani. Wara, il-Banda tesegwixxi programm mużikali fuq il-planċier quddiem il-knisja Il-Banda ser tkun immexxija mill-Surmast Direttur Richard Bugeja FLCM, FVCM(Hons.). Tkanta flimkien mal-banda Lara Azzopardi.

7:30pm: Fuq stedina tal-Kummissjoni Festa Esterna Fgura, il-Banda Imperial tal-Mellieħa tibda marċ minn Triq il-Karmelitani, minn ħdejn il-Museum tas-subien għal Triq Hompesch fejn tingħaqad mal-purċissjoni minn kantuniera ma’ Triq il-Karmelitani u tkompli takkumpanja l-purċissjoni tul it-triq kollha.

Kif l-istatwa tasal quddiem il-każin tal-banda issir tislima lill-Madonna bil-kant tal-Ave Maria minn Rebecca Scerri.

10.15pm: L-istatwa tal-Madonna tal-Karmnu tasal fuq iz-zuntier fejn issir tislima lill-Madonna bil-kant tal-Ave Maria u l-Innu tal-Parroċċa mis-Sopran Vanessa Fenech.

10.30pm: Isir id-dħul tal-vara fil-knisja, titkanta l-antifona tal-Flos Carmeli u ssir ċelebrazzjoni Ewkaristika.

 

Il-Ħadd 21 ta’ Lulju

9:30am: Quddiesa ta’ Radd il-Ħajr bis-sehem tal-Kummissjoni Festa Esterna 16 ta’ Lulju flimkien mal-Għaqda Soċjali u Mużikali Madonna tal-Karmnu iċċelebrata mir-Rev Kappillan P. Raymond Calleja O Carm. Wara l-quddiesa jsir id-dħul tal-vara fin-niċċa.

 

Matul il-ġranet tal-festa il-kant ikun immexxi mill-Kor Parrokkjali Infaħħru lil Marija taħt id-direzzjoni tas- Surmast Simon Ellul AMusLCM. Fiċ-ċelebrazzjonijiet ta’ tħejjija u matul it-translazzjoni il-kant ikun immexxi mill-Kor Flower of Carmel taħt id-direzzjoni tas-Sinjura Lilian Plumpton.