L-EWWEL QARI

Qari mill-Ktieb tal-Għerf

Għerf 18, 6-9

 

Dak il-lejl tal-ħelsien tħabbar minn qabel lil missirijietna, biex, wara li għarfu sewwa f’liema wegħdiet emmnu, aktar iqawwu qalbhom.

 

Il-poplu tiegħek stenna l-ħelsien tal-ġusti, u l-qerda tal-għedewwa tagħhom, għax kif int ikkastigajt l-għedewwa tagħna, hekk sebbaħt lilna meta sejjaħtilna għalik.

 

L-ulied twajba tal-ġusti offrew sagrifiċċju bil-moħbi, u lkoll fehma waħda qagħdu  għal-Liġi ta’ Alla:li l-qaddisin tiegħek jaqsmu xorta bejniethom kemm il-ġid u kemm id-deni;

għalhekk minn qabel għannew tifħir missirijiethom.

 

 

Il-Kelma tal-Mulej.


SALM RESPONSORJALI                     

Salm 32

RIT: Hieni l-poplu li l-Mulej għażel b’wirtu.

 

Għannu, ġusti, bil-ferħ lill-Mulej;

jixirqilhom ifaħħruh in-nies sewwa.

Hieni l-ġens li l-Mulej hu Alla tiegħu,
il-poplu li hu għażel b’wirtu.

Rit...

 

Ara, għajnejn il-Mulej fuq dawk li jibżgħu minnu,
fuq dawk li jittamaw fit-tjieba tiegħu,

biex jeħilsilhom mill-mewt ħajjithom,
u jaħjihom fi żmien il-ġuħ.
Rit...

 

Ruħna tixxennaq għall-Mulej,
hu l-għajnuna u t-tarka tagħna.

Ħa tkun, Mulej, it-tjieba tiegħek fuqna,
kif fik hi t-tama tagħna.
Rit...

 

                                                

 

IT-TIENI QARI

Qari mill-Ittra lil-Lhud

Lhud 11, 1-2.8-19

 

Ħuti, il-fidi hija pedament tal-ħwejjeġ li għandna  nittamaw, hija l-prova tal-ħwejjeġ li ma narawx. In-nies tal-imgħoddi għoġbu lil Alla sewwasew għax kellhom il-fidi.

 

Kienet il-fidi li ġagħlet lil Abraham jobdi s-sejħa ta’ Alla, meta dan qallu biex imur f’art li kien se jagħtih b’wirt; u telaq, bla ma kien jaf fejn kien sejjer.

Kienet il-fidi li ġagħlitu jgħammar fl-art imwiegħda, qisu barrani f’art barranija, u jgħix taħt it-tined flimkien ma’ Iżakk u Ġakobb, li kienu werrieta miegħu tal-istess wegħda; għax hu kien iħaresil quddiem, lejn il-belt mibnija fis-sod, li l-imgħallem u l-bennej tagħha huwa Alla.

 

Kienet ukoll il-fidi li biha Sarah, mara mdaħħla fiż-żmien, setgħet titqal, għax hija għarfet li ta’ kelmtu kien dak li għamlilha l-wegħda. Kien għalhekk li minn bniedem wieħed, li kien tistatgħid mejjet, twieldu nies bil-kotra daqs il-kwiekeb tas-sema u daqs ir-ramel ta’ xatt il-baħar, li ħadd  ma jistajgħoddu.

 

Kollha bil-fidi mietu dawn in-nies. Kienu għadhom ma ħadux dak li kien imwiegħed, iżda huma rawh mill-bogħod u sellmulu, waqt li għarfu li huma kienu barranin u għorba fuq l-art. Tabilħaqq, dawk li jitkellmu b’dan il-mod juru ċar li huma qegħdin ifittxu pajjiż għalihom. Li kieku kellhom fi ħsiebhom il-pajjiż li minnu kienu ħarġu, kellhom żmien biżżejjed biex jerġgħu lura fih. 16Imma issa huma jixtiequ pajjiż aħjar, jiġifieri, dak tas-sema. Huwa għalhekk li Alla ma jistmellx jissejjaħ Alla tagħhom, għax hu ħejja belt għalihom.

 

Kienet il-fidi li ġagħlet lil Abraham joffri ’l Iżakk meta Alla ġarrbu; u kien se joffri lil ibnu l-waħdieni sewwasew dak li kien ħa l-wegħdiet, hu li Alla kien qallu: “Minn Iżakk int għad ikollok nisel.” Huwa fehem li Alla kellu s-setgħa saħansitra li jqajjem mill-mewt; u, fis-sens ta’ tixbiha, ħadu  tabilħaqq lura mill-mewt.

 

Il-Kelma tal-Mulej.

 

 

VERSETT
Hallelujah.
Halleluljah.
Ishru u kunu lesti, ax qatt ma tistgħu tobsru
s-siegħa li fiha jiġi Bin il-bniedem.

Hallelujah.

L-EVANĠELJU

Qari mill-Evanġelju skont San Luqa

Lq 12, 32-48

 

F’dak  -żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: ”Le, merħla ċkejkna, tibżgħu xejn, għax Missierkom għoġbu jagħtikom is-Saltna! Bigħu ġidkom u agħtuh karità u fittxu għalikom infuskom boroż li ma jitmermrux, teżor li ma jiġix nieqes fis-sema, fejn la l-ħalliel ma jersaq quddiem, lejn il-belt mibnija fis-sod, li l-imgħallem u l-bennej tagħha huwa Alla.

u lanqas il-kamla ma tħassar. Għax fejn hemm it-teżor tagħkom, hemm tinsab qalbkom ukoll.

 

Żommu ġenbejkom imħażżma u l-imsiebaħ tagħkom mixgħula; kunu bħal nies jistennew lil sidhom lura mill-festa tat-tieġ, biex malli jiġi u jħabbat jiftħulu minnufih.

 

Henjin dawk il-qaddejja li meta jiġi sidhom isibhom jishru! Tassew ngħidilkom, li hu jitħażżem, iqegħedhom madwar il-mejda, u jgħaddi quddiemhom iservihom. U kieku kellu jiġi fil-ħin tat-tieni sahra, jew tat-tielet, u jsibhom xorta waħda fuq dmirhom, henjin huma!

 

Kunu afu dan, li kieku sid id-dar kellu jkun jaf xħin ikun ġej il-ħalliel ma kienx se jħalli min jinfidlu l-ħajt ta’ daru. Mela kunu lesti intom ukoll, għax qatt ma tistgħu tobsru s-siegħa li fiha jiġi Bin il-bniedem.”

 

Qallu Pietru: “Mulej, din il-parabbola qiegħed tgħidha għalina, jew għal kulħadd?”

Wieġbu l-Mulej: “Int min tgħid li hu l-qaddej fidil u għaqli? Min hu dak li s-sid iqiegħdu fuq in-nies tad-dar biex jagħtihom sehemhom f’ħin l-ikel? Hieni dak il-qaddej li sidu jiġi u jsibu jagħmel dan. Ngħidilkom is-sewwa, li jafdalu ġidu kollu f’idejh.

 

Imma nagħmlu mod li dak il-qaddej jibda jgħid f’qalbu: “Sidi jiddawwar ma jiġi,” u jaqbad isawwat lill-qaddejja kollha, irġiel u nisa, u jiekol u jagħtiha għax-xorb u s-sokor;

sid dak il-qaddej jasal f’jum meta ma jkunx jistennieh, f’siegħa li fiha jieħdu għal għarrieda, u jagħmlu bċejjeċ u jagħtih dak li ħaqqhom in-nies li mhumiex fidili.

 

U dak il-qaddej li jkun jaf xi jrid sidu, u madankollu ma jħejjix jew ma jagħmilx li jrid sidu, swat kbir jaqla’. Min imbagħad, bla ma jkun jaf xi jrid sidu, jagħmel xi ħaġa li jkun ħaqqha s-swat, dan ftit jissawwat.

 

Għax lil min tawh ħafna, ifittxu li jieħdu ħafna mingħandu;  u min ħallewlu ħafna f’idejh, iżjed jippretendu mingħandu.”



Il-Kelma tal-Mulej.