L-EWWEL QARI

Qari mill-Ktieb tal-Profeta Ġeremija

Ġer 38, 4-6. 8-10

 

F’dak  -żmien, il-prinċpijiet marru jgħidu lis-sultan: “Ħalli jiġi maqtul Ġeremija, għax b’dan il-kliem li qiegħed jgħidilhom qiegħed jaqtaqalb is-suldati li fadal f’din il-belt u qalb il-poplu kollu. Tassew, bniedem bħal dan mhuwiex ifittex il-ġid ta’ dan il-poplu, imam l-qerda tiegħu.” U s-sultan Sedekija qalilhom: “Araw, f’idejkom, hu! Għax is-sultan ma jistajagħmel xejn magħkom.”

 

U ħadu  lil Ġeremija u xeħtuh fil-bir ta’ Malakija, bin is-sultan, li kien fil-bitħa tal-għassa; imbagħad lil Ġeremija niżżluh bil-ħbula f’dan il-bir; ilma ma kienx fih, imma ħama biss; u Ġeremija għodos fil-ħama.

 

Għebed-melek ħareġ mill-palazz tas-sultan, mar ikellmu u qallu:

Sidi s-sultan, dawn in-nies ġiebu ruħhom ħażin f’kulma għamlu lil Ġeremija, il-profeta, li xeħtuh fil-bir, u dalwaqt imut bil-ġuħ, għax ma baqax ħobż fil-belt.” Is-sultan imbagħad ordna lil Għebed-melek, il-Kusi, u qallu: “Ħu miegħek tlitt irġiel minn dawn u mur tellalil Ġeremija, il-profeta, mill-bir, qabel ma jmut.”

 

 

Il-Kelma tal-Mulej.


SALM RESPONSORJALI                     

Salm 39

Rit: Mulej, fittex għinni.

 

 

Ittamajt b’tama qawwija fil-Mulej;

hu niżel ħdejja u sama’ l-għajta tiegħi. 

Rit...

 

Minn bir waħxi tellagħni, minn qalb il-ħama u t-tajn; fuq il-blat qegħedli riġlejja,

u saħħaħli l-mixi tiegħi. 

Rit...

 

Qegħedli fuq fommi għanja ġdida,
għanja ta’ tifħir lil Alla tagħna.

Ħafna jaraw u jimtlew bil-biżatiegħu,
u jittamaw fil-Mulej.

Rit...

 

Jien, fqajjar u msejken,
għandi ’l Sidi jaħseb fija.

Inti l-għajnuna u l-ħelsien tiegħi;

iddumx ma tgħinni, Alla tiegħi! 
Rit...

 

                                                

 

IT-TIENI QARI

Qari mill-Ittra lil Lhud

Lhud 12, 1-4

 

Ħuti, ladarba aħna wkoll għandna  madwarna sħaba hekk kbira ta’ xhieda, ejjew inwarrbu minna kull xkiel u kull dnub li malajr ifixkilna, u b’qalbna qawwija nibqgħu niġru t-triq tal-prova li għandna  quddiemna.

 

Inżommu għajnejna merfugħa lejn Ġesù, li minnu tibda u fih tintemm il-fidi tagħna; hu li, flok l-hena li kellu quddiemu, qagħad għas-salib bla xejn ma qies l-għajb tiegħu, u issa qiegħed fuq in-naħa tal-lemin tat-tron ta’ Alla.

 

Aħsbu mela fih, li qagħad għal oppożizzjoni hekk kbira min-naħa tal-midinbin, biex ma tegħjewx u ma taqtgħux qalbkom. Sa issa fil-ġlieda tagħkom kontra d-dnub, għad ma żammejtux hekk iebes li wasaltu biex xerridtu demmkom.

Il-Kelma tal-Mulej.

 

 

VERSETT
Hallelujah.
Halleluljah.
In-nagħaġ tiegħi jisimgħu leħni, jgħid il-Mulej;

u jiena nagħrafhom, u huma jimxu warajja.

Hallelujah.

L-EVANĠELJU

Qari mill-Evanġelju skont San Luqa

Lq 12, 49-53

 

F’dak  -żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: ”Nar ġejt inqiegħed fuq l-art, u kemm nixtieq li diġà qabad! Iżda hemm magħmudija li biha għandi nitgħammed, u x’diqa għandi sa ma dan iseħħ!

 

Taħsbu intom li jien ġejt inġib il-paċi fid-dinja? Le, ngħidilkom, imma l-firda; għax mil-lumil quddiem ħamsa minn nies f’dar waħda jkunu mifruda bejniethom, tlieta kontra tnejn u tnejn kontra tlieta; jinfirdu l-missier kontra l-iben u l-iben kontra l-missier, l-omm kontra l-bint u l-bint kontra l-omm, omm ir-raġel kontra mart binha u mart l-iben kontra omm żewġha.”



Il-Kelma tal-Mulej.