L-EWWEL QARI

Qari mill-Ktieb tal-Profeta Ġona

Ġona 3, 1-5.10

 

Il-kelma tal-Mulej waslet lil Ġona u qallu: Qum, mur fNinw,

il-belt il-kbira, u xandrilha li ngħidlek jien. U Ġona qam u mar fNinw kif qallu l-Mulej.

Issa Ninw kienet belt kbira għall-aħħar, trid tlitt ijiem biex timxiha.

Ġona, kif daħal il-belt, beda ġurnata mixi, ixandar u jgħid: Erbgħin jum ieħor, u Ninw ssir ħerba!

In-nies ta Ninw emmnu fAlla, nedew sawma u libsu l-ixkejjer, mill-kbir saż-żgħir.

U Alla ra xgħamlu, kif reġgħu lura minn triqthom il-ħażina. U Alla raġa bdielu mid-deni li qal li kien se jagħmlilhom, u ma għamlux.

 

Il-Kelma tal-Mulej.


SALM RESPONSORJALI                     

Salm 24

 

RIT: Triqatek, Mulej, għarrafni

 

Triqatek, Mulej, għarrafni,

il-mogħdijiet tiegħek għallimni.

Mexxini fis-sewwa tiegħek u għallimni, għax int Alla tas-salvazzjoni tiegħi.

Rit

 

Ftakar fil-ħniena u t-tjieba tiegħek, għax huma minn dejjem, Mulej.

Inti tajjeb, Mulej;

ftakar fija skont it-tjieba tiegħek.

Rit

 

Tajjeb u sewwa l-Mulej;

għalhekk juri triqtu lill-ħatja.

Imexxi l-imsejkna fis-sewwa, jgħallem lill-fqajrin it-triq tiegħu.

Rit

 

 

IT-TIENI QARI

Qari mill-Ewwel Ittra ta San Pawl Appostlu lill-Korintin

1 Kor 7, 29-31

 

Dan ngħidilkom, ħuti: iż-żmien qsar. Ħa jkunu, mela, dawk li

għandhom mara, bħallikieku ma għandhomx; dawk li jibku, bħallikieku ma jibkux; dawk li jifirħu, bħallikieku ma jifirħux; dawk li jixtru, bħallikieku ma għandhom xejn; dawk li jgawdu d-dinja, bħallikieku ma jgawduhiex; għax is-sura ta din id-dinja għad tgħaddi!

 

Il-Kelma tal-Mulej.

 


VERSETT
Hallelujah. Halleluljah.
Iż-żmien huwa mitmum, u s-Saltna ta Alla waslet;

indmu u emmnu fl-Evanġelju.

Hallelujah.


L-EVANĠELJU

Qari mill-Evanġelju skont San Mark

Mk 1, 14-20

 

Wara li arrestaw lil Ġwanni, Ġes mar il-Galilija jxandar l-Evanġelju

ta Alla u jgħid: Iż-żmien huwa mitmum, u s-Saltna ta Alla waslet;

indmu u emmnu fl-Evanġelju.

 

Waqt li kien għaddej ma xatt il-baħar tal-Galilija, lemaħ lil Xmun u

l ħuh Indri qegħdin ikalaw ix-xbiek fil-baħar, għax kienu sajjieda.

U Ġes qalilhom: Ejjew warajja, u nagħmel minnkom sajjieda tal-bnedmin. U minnufih telqu x-xbiek, u marru warajh.

 

Wara li mexa ftit ieħor ra lil Ġakbu ta Żebedew u lil ħuh Ġwanni fid-dgħajsa qegħdin isewwu x-xbiek, u minnufih sejħilhom.

U huma telqu lil missierhom Żebedew fid-dgħajsa mal-lavranti, u marru warajh.

 

 

 

Il-Kelma tal-Mulej.