L-EWWEL QARI

Qari mill-Ewwel Ktieb ta’ Samwel

1 Sam 16, 1b.6-7.10-13a

 

F’dak iż-żmien, il-Mulej qal lil Samwel: ”Imla l-qarn biż-żejt u itlaq.

Jien se nibagħtek għand Ġesse l-Betlemita, għaliex minn fost uliedu

jien għażilt għalija sultan.

Ġara li malli wasal, Samwel ra lil Elijab u qal: “Hawn quddiem

il-Mulej il-midluk tiegħu? U l-Mulej qal lil Samwel: “Tħarisx lejn

is-sura tiegħu, jew it-tul ta’ persuntu, għax jiena diġawarrabtu.

Għax il-Mulej ma jarax bħalma jara l-bniedem, dak biss li jidher

fl-għajn, imma l-qalb.

Ġesse ressaq quddiem Samwel sebgħa minn uliedu; imma Samwel

qallu: “Il-Mulej ma ħatar lil ħadd minn dawn. U ssokta jgħidlu:

“Dawn huma t-tfal kollha? Ġesse wieġbu: “Għad fadal iż-żgħir,

qiegħed jirgħa n-nagħaġ. U Samwel qal lil Ġesse: “Ibgħat għalih

u ġibu, għax ma noqogħdux fuq il-mejda qabel ma jiġi hawn. U

bagħat għalih u ġiebu. Kien żagħżugħ ruxxan, għajnejh ħelwin, u

sabiħ fis-sura tiegħu. U l-Mulej qal lil Samwel: “Qum u idilku, għax

dan hu. Samwel ħa f’idejh il-qarn biż-żejt, u dilku quddiem ħutu.

Minn dak in-nharil quddiem niżel fuq David u ħakmu l-ispirtu

tal-Mulej.

 

Il-Kelma tal-Mulej.


SALM RESPONSORJALI                     

Salm 22

RIT: Il-Mulej hu r-ragħaj tiegħi, xejn ma jonqosni

Il-Mulej hu r-ragħaj tiegħi,

xejn ma jonqosni;

f’mergħat kollha ħdura jqegħedni.

Ħdejn l-ilma, fejn nistrieħ, jeħodni;

hemm hu jrejjaqni.

RIT…

 

Imexxini fit-triq tas-sewwa

minħabba l-isem tiegħu.

Imqar jekk nimxi f’wied mudlam,

ma nibżax mill-ħsara, għax inti miegħi.

Il-ħatar tiegħek u l-għasluġ tiegħek,

huma jwennsuni.

RIT…

 

Int tħejji mejda għalija

quddiem l-għedewwa tiegħi.

Biż-żejt tidlikli rasi,

u l-kalċi tiegħi tfawwarli.

RIT…

 

Miegħi, iva, jimxu t-tjieba u l-ħniena

il-jiem kollha ta’ ħajti.

U ngħammar f’dar il-Mulej

sakemm indum ħaj!

RIT…


IT-TIENI QARI

 

Qari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Efesin

Ef 5, 8-14

Ħuti, intom kontu darba dlam, imma issa intom dawl fil-Mulej;

għixu ta’ wlied id-dawl li intom; frott id-dawl jinsab f’kull ma hu

tjieba, f’kull ma hu ġustizzja, f’kull ma hu verità.

Fittxu li tagħrfu dak li jogħġob lill-Mulej, u tisseħbux fl-għemejjel

tad-dlam bla frott, imma ikxfuhom fil-beraħ. Għax dak li qegħdin

jagħmlu huma fil-moħbi, tistħi mqar jekk issemmih; imma meta

wieħed joħroġhom fil-beraħ, id-dawl juri kollox, għax kull ma jidher

hu dawl; għalhekk jingħad: “Stenbaħ int, li int rieqed, u qum

mill-imwiet, ħa jiddi fuqek Kristu.

 

 

Il-Kelma tal-Mulej.


VERSETT
Glorja u tifħir lilek, Kristu

Jiena d-dawl tad-dinja, jgħid il-Mulej;

min jiġi warajja jkollu d-dawl tal-ħajja.

 

Glorja u tifħir lilek, Kristu



L-EVANĠELJU

 

Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann

Ġw 9, 1-41

 

F’dak iż-żmien, kif kien għaddej, Ġesù lemaħ raġel agħma minn

twelidu, u d-dixxipli tiegħu staqsewh: “Rabbi, dan twieled agħma

għax dineb hu stess, jew għax dinbu l-ġenituri tiegħu? Ġesù

wieġeb: “Mhux għax dineb hu jew il-ġenituri tiegħu, imma ġralu

hekk biex l-għemil ta’ Alla jidher fih. Sakemm għadu bi nhar,

jeħtiġilna nagħmlu x-xogħol ta’ dak li bagħatni, għax jasal il-lejl meta

ħadd ma jkun jistajaħdem. Sakemm għadni fid-dinja, jiena hu

d-dawl tad-dinja.

Kif qal dan, beżaq fl-art, għamel minnu qisu tajn, u dilek bih

għajnejn ir-raġel agħma u qallu: “Mur inħasel fil-menqgħa ta’

Silwam. Din tfisseril-Mibgħut”. Mela dak mar, inħasel u ġie jara.

Il-ġirien u dawk li s-soltu kienu jarawh, għax hu kien tallab, qalu:

“Dan m’huwiex dak li kien joqgħod bilqiegħda jittallab? Xi wħud

qalu: “Iva, hu. Oħrajn qalu: “Le, imma jixbhu. Iżda hu qalilhom:

Jiena hu. Qalulu: “Mela kif infetħulek għajnejk? Weġibhom:

Wieħed raġel, jgħidulu Ġesù, għamel ftit tajn, dilikli għajnejja bih,

u qalli: “Mur fis-Silwam u nħasel hemm.” Mort, inħsilt, u ġejt nara.

Qalulu: “Fejn huwa dan ir-raġel? Qalilhom: “Ma nafx.

Lil dan il-bniedem li fl-imgħoddi kien agħma ħaduh għand

il-Fariżej. Issa dak in-nhar li Ġesù għamel it-tajn u fetaħ għajnejn

l-agħma nzerta kien is-Sibt. Il-Fariżej ukoll staqsew mill-ġdid

lill-agħma kif sar jara. U hu qalilhom: “Qegħedli ftit tajn fuq

għajnejja, mort ninħasel, u issa qiegħed nara.

Xi wħud mill-Fariżej qalu: “Dan il-bniedem m’huwiex ġej mingħand

Alla, għax ma jħarisx is-Sibt. Iżda oħrajn qalu: “Kif jistawieħed

midneb jagħmel sinjali bħal dawn? U ma qablux bejniethom.

U reġgħu qalu lill-agħma: “Int x’jidhirlek minnu, issa li fetaħlek

għajnejk? Qalilhom: “Dak profeta.

Il-Lhud ma ridux jemmnu li hu kien agħma u ħa d-dawl qabel ma

bagħtu għall-ġenituri ta’ dak li sar jara, u staqsewhom: “Dan, li

intom qegħdin tgħidu li twieled agħma, dan binkom? Mela issa kif

ġie jara? Il-ġenituri tiegħu wieġbu u qalulhom: “Nafu li dan hu

t-tifel tagħna u li twieled agħma; imma kif issa ġie jara, dan ma

nafuhx, u anqas ma nafu min fetaħlu għajnejh. Staqsu lilu: żmien

għandu, ħa jitkellem hu għalih innifsu. Il-ġenituri tiegħu wieġbu

hekk għaliex beżgħu mil-Lhud, għax il-Lhud kienu ġa ftiehmu

bejniethom li jekk xi ħadd jistqarr li Ġesù hu l-Messija, isib ruħu barra

mis-sinagoga. Kien għalhekk li l-ġenituri wieġbu: “Żmien għandu,

staqsu lilu.

Għal darb’oħra reġgħu bagħtu għal dak li kien agħma u qalulu:

Agħti glorja lil Alla! Aħna nafu li dan il-bniedem huwa midneb.

Dak weġibhom: “Jekk hux midneb ma nafx. Ħaġa waħda naf: li jien

kont agħma u issa qiegħed nara. Qalulu: “Imma hu x’għamillek?

Kif fetaħhomlok għajnejk? U hu weġibhom: “Ġa għedtilkom u

ma smajtux! Xi tridu tisimgħu iżjed? Jaqaw tridu intom ukoll issiru

dixxipli tiegħu? U qabdu jgħajruh u qalulu: “Dak int dixxiplu

tiegħu! Aħna ta’ Mosè dixxipli! Aħna nafu li lil Mosè kellmu Alla,

imma dan ma nafux minn fejn hu! Weġibhom ir-raġel u qalilhom:

Sewwa! Hawn qiegħed l-għaġeb, li intom ma tafux minn fejn

inqala’, u madankollu lili fetaħli għajnejja! Aħna nafu li Alla mhux

se jismalill-midinbin; iżda mbagħad jekk wieħed ikun iqim lil Alla u

jagħmel ir-rieda tiegħu, lil dan jisimgħu. Qatt fid-dinja ma nstema

li xi ħadd fetaħ għajnejn wieħed agħma mit-twelid. Li kieku dan

ma kienx ġej mingħand Alla, xejn ma kien ikollu ħila jagħmel.

Imbagħad qabżu u qalulu: “Int se tgħallem lilna, int li twelidt

dnubiet waħdek. U keċċewhil barra.

Ġesù sama’ li keċċewhil barra; sabu u qallu: “Temmen inti f’Bin

il-bniedem? Dak wieġeb u qallu: “Min hu, Mulej, biex nemmen

fih? Qallu Ġesù: “Mhux biss rajtu, imma huwa dak stess li qiegħed

ikellmek. Qallu: “Nemmen, Mulej! U nxteħet għarkubbtejh

quddiemu. Imbagħad Ġesù qal: “Jien ġejt fid-dinja biex nagħmel

ħaqq, biex min ma jarax isir jara, u min jara jagħma. Xi wħud

mill-Fariżej li kienu hemm madwaru semgħuh jgħid dan u staqsewh:

Aħna wkoll għomja? Weġibhom Ġesù: “Li kieku kontu għomja,

ma kontux tkunu ħatja ta’ dnub. Imma issa qegħdin tgħidu: “Aħna

naraw,” mela d-dnub tagħkom għadu fuqkom.

 

Il-Kelma tal-Mulej.