L-EWWEL QARI

Bidu tal-Ktieb ta’ l-Atti ta’ l-Appostli

Atti 1, 1-11

 

Fl-ewwel rakkont tiegħi, Teofilu, tkellimt fuq dak kollu li Ġesù kien

għamel u għallem minn mindu beda sal-jum li fih kien meħud

fis-sema, wara li, permezz ta’ l-Ispirtu s-Santu, ta l-ordnijiet tiegħu

lill-appostli li hu kien għażel.

Wara l-passjoni tiegħu dehrilhom u tahom ħafna provi li hu ħaj;

f’erbgħin jum rawh kemm-il darba u kellimhom fuq il-ħwejjeġ

tas-Saltna ta’ Alla. Meta kien għadu magħhom, ordnalhom biex ma

jitilqux minn Ġerusalemm, imma joqogħdu jistennew sa ma sseħħ

il-wegħda tal-Missier, “li fuqhaqalilhomsmajtu x’kont

għedtilkom: Ġwanni għammed bl-ilma, imma intom, fi ftit jiem

oħra titgħammdu bl-Ispirtu s-Santu.”

Kif kienu flimkien staqsewh: “Mulej, hu dan iż-żmien li fih int se

terġatwaqqaf is-Saltna ta’ Iżrael?” Hu weġibhom: “M’hijiex biċċa

tagħkom li tkunu tafu l-waqt u ż-żmien li l-Missier għażel bis-setgħa

tiegħu. Imma meta jiġi fuqkom l-Ispirtu s-Santu, intom tirċievu

l-qawwa, u tkunu xhieda tiegħi f’Ġerusalemm, fil-Lhudija kollha

u s-Samarija u sa truf l-art.”

Wara li qal dan, huma u jħarsu lejh, kien meħudil fuq, u

sħaba ħadithulhom minn quddiem għajnejhom. Waqt li kienu

b’għajnejhom fis-sema jħarsu lejh sejjer, f’daqqa waħda dehru

ħdejhom żewġt irġiel libsin l-abjad, u qalulhom: “Irġiel

tal-Galilija, x’intom tħarsu lejn is-sema? Dan Ġesù, li kien meħud

minn magħkom lejn is-sema, għad jerġajiġi kif rajtuh sejjer.”

Il-Kelma tal-Mulej.


SALM RESPONSORJALI                     

Salm 46

 

RIT: Hallelujah, hallelujah, hallelujah

 

Popli kollha, ċapċpu idejkom,

għajtu b’leħen ta’ ferħ lil Allaż

Għax il-Mulej, l-Għoli, hu tal-biża’,

sultan kbir fuq l-art kollha.

Rit...

 

TelaAlla b’għajat ta’ ferħ,

il-Mulej bid-daqq tat-trombi.

Għannu lil Alla, għannu,

għannu lis-sultan tagħna, għannu.

Rit...

 

Għax Alla s-sultan ta’ l-art kollha:

għannulu bis-sengħa għanja sabiħa.

Isaltan Alla fuq il-ġnus kollha,

joqgħod Alla fuq it-tron imqaddes tiegħu.

Rit...

 


IT-TIENI QARI

Qari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Efesin

Ef 1, 17-23

 

Ħuti, Alla ta’ Sidna Ġesù Kristu, il-Missier tal-glorja, jagħtikom

spirtu ta’ għerf u rivelazzjoni biex tagħrfuh sewwa.

Hu jdawlilkom l-għajnejn ta’ qalbkom biex tagħrfu x’inhi t-tama

tas-sejħa tagħkom; x’inhu l-għana tal-glorja tal-wirt li takom taqsmu

mal-qaddisin.

Tagħrfu x’inhu l-kobor bla qjies tas-setgħa tiegħu fina li emminna,

skond il-ħila tal-qawwa kbira tiegħu

li ħaddem fi Kristu,

meta qajmu mill-imwiet

u qiegħdu fil-lemin tiegħu fis-smewwiet,

il fuq minn kull Saltna u Setgħa,

minn kull Qawwa u Ħakma,

il fuq minn kull isem li jissemma,

mhux biss għaż-żmien ta’ issa, imma wkoll għal li ġej.

Iva, qiegħed kollox taħt riġlejh,

u għamlu ras fuq il-Knisja kollha,

li hi Ġismu,

il-milja ta’ dak li jimla kollox f’kollox.

 

Il-Kelma tal-Mulej.


VERSETT
Hallelujah. Halleluljah.

Morru agħmlu dixxipli mill-ġnus kollha, jgħid il-Mulej.

Jiena magħkom dejjem, sa l-aħħar taż-żmien.

Hallelujah.

L-EVANĠELJU

Għeluq ta’ l-Evanġelju skont San Mattew

Mt 28, 16-20

 

F’dak iż-żmien, il-ħdax-il dixxiplu telqu lejn il-Galilija u marru fuq

il-muntanja fejn kien ordnalhom Ġesù.

Kif rawh, inxteħtu quddiemu, għalkemm xi wħud iddubitaw.

Ġesù resaq ikellimhom u qalilhom: “Lili ngħatat kull setgħa

fis-sema u fl-art. Morru, mela, agħmlu dixxipli mill-ġnus kollha, u

għammduhom fl-isem tal-Missier u ta’ l-Iben u ta’ l-Ispirtu s-Santu,

u għallmuhom iħarsu dak kollu li ordnajtilkom jien. U ara, jiena

magħkom dejjem, sa l-aħħar taż-żmien.”

Il-Kelma tal-Mulej.