L-EWWEL QARI

Bidu tal-Ktieb ta’ l-Atti ta’ l-Appostli

Atti 1, 1-11

 

Fl-ewwel rakkont tiegħi, Teofilu, tkellimt fuq dak kollu li Ġesù kien

għamel u għallem minn mindu beda sal-jum li fih kien meħud

fis-sema, wara li, permezz ta’ l-Ispirtu s-Santu, ta l-ordnijiet tiegħu

lill-appostli li hu kien għażel.

Wara l-passjoni tiegħu dehrilhom u tahom ħafna provi li hu ħaj;

f’erbgħin jum rawh kemm-il darba u kellimhom fuq il-ħwejjeġ

tas-Saltna ta’ Alla. Meta kien għadu magħhom, ordnalhom biex ma

jitilqux minn Ġerusalemm, imma joqogħdu jistennew sa ma sseħħ

il-wegħda tal-Missier, “li fuqhaqalilhomsmajtu x’kont

għedtilkom: Ġwanni għammed bl-ilma, imma intom, fi ftit jiem

oħra titgħammdu bl-Ispirtu s-Santu.”

Kif kienu flimkien staqsewh: “Mulej, hu dan iż-żmien li fih int se

terġatwaqqaf is-Saltna ta’ Iżrael?” Hu weġibhom: “M’hijiex biċċa

tagħkom li tkunu tafu l-waqt u ż-żmien li l-Missier għażel bis-setgħa

tiegħu. Imma meta jiġi fuqkom l-Ispirtu s-Santu, intom tirċievu

l-qawwa, u tkunu xhieda tiegħi f’Ġerusalemm, fil-Lhudija kollha

u s-Samarija u sa truf l-art.”

Wara li qal dan, huma u jħarsu lejh, kien meħudil fuq, u

sħaba ħadithulhom minn quddiem għajnejhom. Waqt li kienu

b’għajnejhom fis-sema jħarsu lejh sejjer, f’daqqa waħda dehru

ħdejhom żewġt irġiel libsin l-abjad, u qalulhom: “Irġiel

tal-Galilija, x’intom tħarsu lejn is-sema? Dan Ġesù, li kien meħud

minn magħkom lejn is-sema, għad jerġajiġi kif rajtuh sejjer.”

Il-Kelma tal-Mulej.


SALM RESPONSORJALI                     

Salm 46

 

RIT: Hallelujah, hallelujah, hallelujah

 

Popli kollha, ċapċpu idejkom,

għajtu b’leħen ta’ ferħ lil Allaż

Għax il-Mulej, l-Għoli, hu tal-biża’,

sultan kbir fuq l-art kollha.

Rit...

 

TelaAlla b’għajat ta’ ferħ,

il-Mulej bid-daqq tat-trombi.

Għannu lil Alla, għannu,

għannu lis-sultan tagħna, għannu.

Rit...

 

Għax Alla s-sultan ta’ l-art kollha:

għannulu bis-sengħa għanja sabiħa.

Isaltan Alla fuq il-ġnus kollha,

joqgħod Alla fuq it-tron imqaddes tiegħu.

Rit...

 


IT-TIENI QARI

Qari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Efesin

Efes 4, 1-13

 

Ħuti, inħeġġiġkom jien, il-priġunier tal-Mulej, biex timxu sewwa skont is-sejħa li biha kontu msejħin; billi bl-umiltà kollha, bil-ħlewwa u bis-sabar, taħmlu u tħobbu ’l xulxin. Ħabirku biex iżżommu spirtu wieħed bir-rabta tas-sliem; ġisem wieħed u ruħ waħda, l-istess kif kontu msejħa għal tama waħda; Mulej wieħed, fidi waħda, magħmudija waħda; Alla wieħed u Missier ta’ kulħadd, li hu fuq kulħadd, b’kulħadd u f’kulħadd.

 

Lil kull wieħed minna Alla tana l-grazzja skont il-qjies tad-don ta’ Kristu. Hu għalhekk li tgħid l-Iskrittura: “Tela’”: xi jfisser dan għajr li hu niżel ukoll fl-inħawi l-aktar t’isfel tal-art? Dak li niżel huwa dak li telafuq is-smewwiet kollha, biex jimla kollox.

 

U huwa dak li ta lil xi wħud li jkunu appostli, lil xi wħud profeti, lil xi wħud evanġelisti, lil xi wħud rgħajja u mgħallmin: Hekk jitrawmu l-qaddisin għax-xogħol tal-ħidma tagħhom għall-bini tal-Ġisem ta’ Kristu, sakemm aħna lkoll naslu biex insiru ħaġa waħda fil-fidi u fl-għarfien tal-Iben ta’ Alla; insiru raġel magħmul, fl-aħjar ta’ żmienu. U hekk isseħħ il-milja ta’ Kristu.

 

 

Il-Kelma tal-Mulej.


VERSETT
Hallelujah. Halleluljah.

Morru agħmlu dixxipli mill-ġnus kollha, jgħid il-Mulej.

Jiena magħkom dejjem, sa l-aħħar taż-żmien.

Hallelujah.

L-EVANĠELJU

Qari mill-Evanġelju skont San Mark

Mk 16, 15-20

 

F’dak iż-żmien, Ġesù wera ruħu lill-Ħdax u qalilhom: “Morru fid-dinja kollha, xandru l-Evanġelju lill-ħolqien kollu. Min jemmen u jitgħammed, isalva; iżda min ma jemminx, ikun ikkundannat. U dawn huma s-sinjali li jsieħbu lil dawk li jemmnu: f’ismi jkeċċu x-xjaten, jitkellmu b’ilsna ġodda, jaqbdu s-sriep b’idejhom, u jekk jixorbu xi xorb li jġib il-mewt ma jagħmlilhomx ħsara; iqiegħdu idejhom fuq il-morda u dawn ifiqu”.

 

U hekk il-Mulej Ġesù, wara li kellimhom, kien imtellafis-sema u qagħad in-naħa tal-lemin ta’ Alla. Huma mbagħad marru jippridkaw kullimkien; il-Mulej kien jaħdem magħhom u jwettaq il-kelma bil-mirakli li kienu jsiru magħha.

 

Il-Kelma tal-Mulej.