Nhar it-Tnejn 2 ta Frar niċċelebraw
il-Festa tal-Preżentazzjoni tal-Mulej
u Jum il-Ħajja Ikkonsagrata.
Filgħaxija fis-6:30pm ikollna
quddiesa animata bit-tberik tax-xemgħa.
Nhar il-Ġimgħa hija l-ewwel Ġimgħa
tax-xahar. Ikollna l-adorazzjoni wara l-quddiesa tat-8:30am u wara dik tas-6:30pm. Fl-10:00am fiċ-ċentru
pastorali ta Triq il-Liedna jkun hemm
il-quddiesa u l-adorazzjoni.
Din il-ġimgħa it-tberik se jsir il-Ġimgħa biss u se nżuru u nbierku l-familji ta Triq il-Liedna, (naħa numri bil-fard). It-tberik u ż-żjajjar jibdew fl-4:00pm
Is-Sibt jaħbat l-ewwel Sibt tax-xahar, wara l-quddiesa
tat-7:45am ikollna r-rużarju
meditat fiċ-ċentru
parrokkjali.
It-Tnejn 16 ta Frar il-Kummissjoni Festa Esterna se torganizza party tal-Karnival fis-sala tal-Kunsill bejn il-5:00pm u s-7:30pm. Biljetti
mill-maħżen tal-armar.
It-Tlieta 17 ta Frar se norganizzaw nofs ta nhar irtir għat-Terzjarji
u l-ħbieb tagħhom
ġewwa l-kunvent tal-Karmnu l-Imdina. Nitilqu fit-8:30am u naslu lura fis-1:30pm. Min hu nteressat
ikellem lill-kappillan.
Is-somma li nġabret il-Ħadd li għadda għall-Puttinu
Cares waqt l-Autoshow imtella mill-Kummissjoni Festa Esterna kienet ta 2,643. U
Is-somma li nġabret waqt
il-maratona fis-salon tax-xagħar kienet ta 3,300. Nirrigrazzjawkom tal-ġenerożita
tagħkom.
Il-Kummissjoni Festa Esterna tavża wkoll li bħalissa qed tagħmel il-ġabra mid-djar brisq il-festa. Nitolbukom sabiex tkunu ġenerużi.
Baqa l-aħħar ħames postijiet għall-Pellegrinaġġ għal-Lourdes
li se jsir bejn id-9 u 13
ta Mejju. Min hu nteressat
ikellem lill-Pirjol P. Joe
Saliba.
Illum u għada qiegħed isir Sale Kbir tal-affarijiet li baqagħlna
mill-bazaar tal-Milied li qed
isir fil-knisja l-qadima. Tistgħu tgħaddu għalih mis-sagristija.
Din il-ġimgħa fil-parroċċa
tagħna mietu: Lilian
Galea, Josephine Thomas u Guzeppi Pace.