Il-Ħadd 1 ta Novembru se jsir il-Kungress tat-Terzjarji Karmelitani fil-knisja parrokkjali ta Ħaż-Żabbar. Il-Kungress
jibda fil-ħamsa neqsin kwart u se jkun hemm ukoll
il-quddiesa.
Nhar it-Tnejn nagħmlu
t-tifkira solenni ta ħutna l-mejtin. Filgħodu l-quddies ikun kull nofs
siegħa mis-6:00am sat-8:30am. Filgħaxija wara l-quddiesa tas-6:30pm ikun hawn żewġ quddisiet oħra.
Nhar il-Ġimgħa, l-ewwel Ġimgħa tax-xahar, ikun hawn
l-adorazzjoni wara l-quddiesa tat-8:30am u wara dik tas-6:30pm. Fl-10:00am ikun hemm il-quddiesa u l-adorazzjoni fiċ-ċentru pastorali ta Triq il-Liedna.
Nhar is-Sibt huwa
l-Ewwel Sibt tax-xahar għalhekk wara l-quddiesa tat-7:45am ikollna r-rużarju meditat fiċ-ċentru parrokkjali.
Matul ix-xahar ta Novembru filgħaxija ir-rużarju u
l-quddiesa tas-6:30pm ikunu
għar-ruħ il-mejtin
li intom tiktbu fil-kruċjata ta talb għall-mejtin. Ħdejn il-bibien tal-knisja poġġejna karti apposta biex min irid jikteb lill-għeżież
tiegħu
Dawk li jixtiequ jagħmlu quddies fil-knisja tagħna matul is-sena d-dieħla huma mitluba li jġibu l-ismijiet u meta jixtiequ li jsiru u jgħaddu l-lista lill-Pirjol wara l-ħin tal-quddies jew fil-ħinijiet tal-uffiċċju
parrokkjali. Nirringrazzjawkom
bil-quddiem.
Il-Bazaar tal-Milied jibda s-Sibt 28 ta Novembru u se jsir fil-knisja l-qadima fi Triq il-Karmelitani. Ħdejn San Ġorġ Preca poġġejna qfief apposta biex twaddbu
fihom affarijiet għall-dan il-bazaar. Niprreferu
preserves u affarijiet ġodda.
Ħwejjeġ użati
ma naċċettawhomx.
Din il-ġimgħa fil-parroċċa
tagħna mietet Mary
Mangion.