• Matul dan il-weekend grupp ta’ tfal mill-parroċċa tagħna qed jagħmlu l-ewwel tqarbina. Nawgurawlhom u nitolbu għalihom.

Nhar it-Tnejn fis-7:00pm fiċ-ċentru parrokkjali ser issir laqgħa għall-ġenituri u l-parrini li se jgħammdu t-trabi tagħhom nhar il-Ħadd 14 ta’ Ġunju fil-quddiesa tad-9:30am.

Nhar il-Ġimgħa li ġej niċċelebraw il-Festa tal-Qalb ta’ Ġesù.

Għalhekk it-Tlieta, l-Erbgħa u l-Ħamis ikunu ġranet ta’ preparazzjoni. Fis-6:00pm ikollna r-rużarju quddiem Ġesù espost u fis-6:30pm quddiesa bl-omelija. Wara l-quddiesa tkompli l-adorazzjoni sas-7:30pm.

• Il-Ġimgħa, Festa tal-Qalb ta’ Ġesù.

Fis-6:00pm ikollna r-rużarju quddiem Ġesù espost u fis-6:30pm quddiesa bis-sehem tat-tfal li jkun għamlu l-Ewwel Tqarbina. Wara l-quddiesa ssir purċissjoni bis-sagrament li tgħaddi minn toroq: Hompesch, San Tumas, Mater Boni Consiglii, Pjazza Redent Gauci, Teknoloġija Moderna, Sur, Hompesch u lura għall-knisja fejn issir ċelebrazzjoni Ewkarsitka.

• Il-Kummissjoni Festa Esterna tavża li minn nhar/għada t-Tnejn se tkun qiegħda tagħmel il-ġabra mid-djar b'risq il-festa. Nitolbukom biex tkun ġenerużi fl-għotja tagħkom.

Nhar Is-Sibt 13 ta’ Ġunju, il-Kummissjoni Festa Esterna se torganizza Pasta Night u Tombla fi triq il-Karmelitani. Għal biljetti u aktar informazzjoni mill-maħżen tal-armar.

• Se norganizzaw ġurnata għal-Għawdex il-Ħamis 25 ta’ Ġunju. Min hu nteressat ikellem lill-kappillan.

• Is-Sibt 4 ta’ Lulju, il-Kummissjoni Festa Esterna se torganizza l-Fgura Fest quddiem il-knisja. Biljetti mill-maħżen tal-armar.

• Illum qed ikompli l-bazaar fl-intrata tal-kunvent fi Triq il-Karmelitani. Grazzi tal-għajnuna tagħkom. Tistgħu tgħaddu għalih mis-sagristija.

Hekk kif ninsabu fix-xhur tas-Sajf, nitolbukom sabiex meta tiġu l-knisja, taraw li l-ilbies ikun diċenti u li jixraq lid-Dar t'Alla.