• Nhar it-Tlieta 13 ta’ Ottubru taħbat l-aħħar dehra tal-Madonna ġewwa Fatima. Dakinhar filgħaxija
fis-6:30pm ser issir quddiesa
fl-okkażżjoni tal-bidu
tas-sena kateketika. Għal din il-quddiesa qed nistiednu lit-tfal kollha li jattendu fl-oqsma tal-Museum flimkien mal-ġenituri tagħhom.
• Nhar l-Erbgħa ser issir il-ħarġa ta’ kull ħmistax għal San Pawl il-Baħar.
Tluq bil-private
fit-8:30am.
• L-Erbgħa wkoll issir il-laqgħa għat-Terzjarji Karmelitani.
L-laqgħa tibda
fil-5:00pm u ssir fiċ-ċentru
parrokkjali.
• Nhar il-Ġimgħa ser issir laqgħa għall-ġenituri u l-parrini
ta’ dawk li se jirċievu
l-Ġriżma tal-Isqof
din is-sena. Il-laqgħa ser issir
fis-7:00pm fil-knisja.
• Min jixtieq jagħmel quddies fil-knisja tagħna matul is-sena d-dieħla huwa mitlub li jġib l-ismijiet u meta jixtieq li jsiru u jgħaddi l-lista lill-Pirjol wara l-ħin tal-quddies jew fil-ħinijiet tal-uffiċċju
parrokkjali. Nirringrazzjawkom
bil-quddiem.
• Matul ix-xahar ta’ Novembru filgħaxija ir-rużarju u
l-quddiesa tas-6:30pm ikunu
għar-ruħ il-mejtin
li intom tiktbu fil-kruċjata ta’ talb għall-mejtin. Ħdejn il-bibien tal-knisja poġġejna karti apposta biex min irid jikteb lill-għeżież
tiegħu
• Il-ġabra li saret il-Ħadd li għada għall-bżonnijiet tal-knisja
kienet ta’€1242. Nirringrazzjawkom
ħafna tal-għajnuna
u l-ġenerożità tagħkom.
• Ħdejn San Ġorġ Preca poġġejna qfief apposta biex
twaddbu fihom affarijiet għall-bazaar tal-Milied. Niprreferu preserves
u affarijiet ġodda. Ħwejjeġ użati ma naċċettawhomx.
• Nhar il-Ħadd 18 ta’ Ottubru niċċelebraw Jum
il-Missjoni. Il-ġbir kollu li se jsir dakinhar se jkun għall-missjoni.
• Miet Frans Abela ta’ Triq is-Sur
(Missier P. Maurice Abela O. Carm).
Il-Funeral tiegħu għada
t-Tnejn fis-2:00pm.