• Din il-ġimgħa nkomplu bit-tberik u ż-żjajjar tal-familji.

It-Tlieta - Triq il-Kuluvert

Il-Ġimgħa – Triq il-Falkunier

It-tberik u ż-żjajjar jibdew fl-4:00pm.

• Nhar l-Erbgħa – L-aħħar Erbgħa tal-Udjenza tal-Madonna tal-Karmnu. Fis-6:00pm ikun hawn ir-rużarju u l-kurunella u fis-6:30pm quddiesa bl-omelija fuq il-Madonna. Wara ċelebrazzjoni Marjana u ċelebrazzjoni Ewkaristika.

• L-Erbgħa wkoll issir il-ħarġa ta’ kull ħmistax. Tluq bil-private fit-8:30am.

• Illum qed ikompli l-bazaar fl-intrata tal-kunvent fi Triq il-Karmelitani. Grazzi tal-għajnuna tagħkom. Tistgħu tgħaddu għalih mis-sagristija.

• Mietet Denise Barbara ta’ Triq il-Liedna. Il-funeral tagħha nhar il-Ħamis li ġej fil-quddiesa tat-8:30am.