• Navżaw li minn nhar it-Tnejn ir-rużarju u l-quddiesa ta’ filgħaxija jerġgħu
jibdew isiru hawn fil-knisja.
• Nhar l-Erbgħa li ġej 23 ta’ Settembru, il-Kummissjoni Żgħażagħ
fi ħdan il-każin tal-banda se jorganizza attività ta’ tmiem is-sajf għat-tfal bejn l-4 u l-10 snin. Biljetti mill-każin stess.
• Nhar il-Ħadd 27 ta’ Settembru l-quddiesa tad-9:30am
se tkun animata għat-tfal. Dakinhar it-tfal huma mistiedna iġibu magħhom il-baskett tal-iskola jew xi oġġett ieħor biex jiġu mbierka.
• Il Fgura Youth Centre din is Sena qed
jiċċelebra il-50 Sena anniversarju
mit-twaqqif tiegħu. Wara l-waqfa tas-sajf,
iċ-ċentru taż-żgħażagħ
ser jerġa' jiftaħ
mill-Ġimgħa 2 t' Ottubru.
Jiftaħ kull nhar ta' Ġimgħa bejn is 6.00pm u 8.00pm għall-adoloxxenti
minn 12 sa 14-il sena u bejn is-7.00pm u 9.00pm għaż-żgħażagħ
bejn 15 u 17-il sena. Għal
aktar informazzjoni tistgħu żżuru l-paġna fuq Facebook: Fgura Youth Centre