·
Illum il-Ħadd ser isir il-pellegrinaġġ penitenzjali ta’
Ħadd in-Nies bl-istatwa tal-Madonna tal-Grazzja ġewwa
Ħaż-Żabbar. Il-pellegrinaġġ jibda fil-4:45pm u wara
jkun hemm quddiesa fis-6:00pm.
·
Nhar it-Tnejn ser issir laqgħa għall-ġenituri u l-parrini li
se jgħammdu t-trabi tagħhom il-Ħadd li ġej l-1 ta’ Marzu
fil-quddiesa tad-9:30am. Il-laqgħa ser issir fiċ-ċentru
parrokkjali u tibda fis-7:00pm.
·
Din il-ġimgħa nkomplu bit-tberik u ż-żjajjar
tal-familji:
It-Tlieta: Triq San Pietru (naħa numri
biż-żewġ).
Il-Ġimgħa: Triq San Pietru
(naħa numri bil-fard).
It-tberik u ż-żjajjar jibdew
fl-4:00pm.
·
Nhar l-Erbgħa li ġej ser issir il-ħarġa ta’ kull
ħmistax. Tluq bil-private fit-8:30am.
·
Nhar il-Ġimgħa li ġej ġewwa l-Belt Valletta se jsir
korteo b’Ġesù sagramentat li jibda fl-4:15pm minn Bieb il-Belt
għall-knisja ta’ San Duminku fejn ikun hemm adorazzjoni u quddiesa
fis-6:30pm.
·
Nhar il Ġimgħa li ġej ukoll fis-7.15pm ser ikun hemm il
laqgħa ta' darba fix-xahar għal kulħadd fil Museum tas-subien.
·
Nhar il-Ħadd 1 ta’ Marzu huwa l-ewwel Ħadd tax-xahar,
għalhekk issir il-ġabra għall-bżonnijiet tal-knisja.
·
Fil-parroċċa tagħna, l-ewwel kors ta’ eżerċizzi se
jsir bejn it-2 u 6 ta’ Marzu wara l-quddiesa tas-6:30pm. Dawn huma
għall-koppji u se jsiru minn Dun Brendan Gatt. Fil-fuljett
tal-parroċċa li bħalissa qed jitqassam issibu l-korsijiet
tal-eżerċizzi li se jsiru kif ukoll iċ-ċelebrazzjonijiet li
se jkollna.
·
Bħalissa hemm proposta quddiem il-Parlament Ewropew biex jiġu
pprovduti fondi għall-abort f’pajjiżi fejn dan mhux legali jew huwa
limitat. Dan ifisser indħil mill-Ewropa kontra s-sovranita tal-pajjiżi membri, fejn kull pajjiż għandu d-dritt jiddeċiedi dwar dawn is-suġġetti delikati. F’Malta, il-ħajja
tat-tarbija fil-ġuf hija protetta. Bħala nsara aħna mħeġġin biex insemmgħu leħinna u ngħidu le għat-turiżmu tal-abort
mill-fondi Ewropej. Dan nistgħu nagħmluh billi niffirmaw il-petizzjoni li tinsab fuq noabortiontourism.eu
·
Il-Kummissjoni Festa Esterna tavża wkoll li bħalissa qed
tagħmel il-ġabra mid-djar b’risq il-festa. Nitolbukom sabiex tkunu
ġenerużi.
·
Il-ġabra li saret il-Ħadd li għadda b’risq il-festa interna
kienet ta’ €1,104. Nirringrazzjawkom ħafna.
·
Il-fuljett tal-parroċċa Leħen il-Fgura jinsab
fis-Sagristija. Nitolbu lid-distributuri sabiex jieħdu l-kopji
tagħhom mis-sagristija. Nirringrazzjawhom bil-quddiem.
·
Illum fil-każin tal-banda jkun hemm it-tombla mis-2:00pm ‘il quddiem.
·
Din il-ġimgħa fil-parroċċa tagħna mietu: Carmel
Pisani u Vivienne Calafato.