• Nhar it-Tnejn ser issir laqgħa għall-ġenituri u l-parrini
li se jgħammdu t-trabi
tagħhom nhar il-Ħadd 3 ta’ Mejju fil-quddiesa tad-9:30am.
• Din il-Ġimgħa it-tberik u
ż-żjajjar tal-familji
se jsiru t-Tlieta u l-Ħamis.
It-Tlieta - Triq ir-Rgħajja
u Triq l-Għarnuq
Il-Ħamis – Triq Mary Carter u Triq Charles Magro
It-tberik u ż-żjajjar jibdew fl-4:00pm.
• Nhar l-Erbgħa se norganizzaw ġurnata għal Għawdex. Tluq fis-6:30am u niġu lura mal-vapur tas-6:00pm. Min jixtieq ikellem lill-kappillan.
• Nhar l-Erbgħa wkoll – ir-raba Erbgħa tal-Udjenza tal-Madonna tal-Karmnu.
Fis-6:00pm ikun hawn ir-rużarju u l-kurunella u
fis-6:30pm quddiesa bl-omelija
fuq il-Madonna. Wara ċelebrazzjoni Marjana u ċelebrazzjoni
Ewkaristika.
• Nhar il-Ġimgħa l-1 ta’ Mejju, niċċelebraw
il-festa ta’ San Ġużepp Ħaddiem
kif ukoll l-ewwel Ġimgħa tax-xahar. Il-ħin tal-quddies ikun bħal ta’ nhar xogħol. Ikun hawn l-adorazzjoni
wara l-quddiesa tat-8:30am
u wara dik tas-6:30pm.
Fl-10:00am ikun hemm il-quddiesa u l-adorazzjoni fiċ-ċentru pastorali
ta’ Triq il-Liedna.
• Nhar is-Sibt huwa
l-Ewwel Sibt tax-xahar għalhekk wara l-quddiesa tat-7:45am ikollna r-rużarju meditat fiċ-ċentru parrokkjali.
• Nhar il-Ħadd huwa l-ewwel Ħadd
tax-xahar, għalhekk issir il-ġabra speċjali għall-bżonnijiet
tal-knisja.
• Il-Bazaar
ta’ Jum l-Omm se jibda s-Sibt 9 ta’ Mejju. Fejn San Ġorġ Preca poġġejna qfief apposta biex
min jixtieq jagħti xi ħaġa għall-bazaar.
Nippreferu preserves u affarijiet
ġodda. Ħwejjeġ
m’aħniex naċċettaw.
• Il-ġabra li saret il-Ħadd li għadda f’Jum il-Karita kienet ta’ €1,480. Nirringrazzjawkom
ħafna,
• Ħareġ Kliem il-Ħajja minn Mejju sa Awwissu.
L-abbonati u d-distributuri
huma mitluba jieħdu l-koppji tagħom mis-sagristija.
• Din il-ġimgħa fil-parroċċa
tagħna mietu Cettina Psaila, Giovanna Sammut u
Gemma Carabott.
• B’ferħ kbir ngħarrfukom li l-Parroċċa
tagħna ser tkun qed tibbenefika minn finanzjament mill-Gvern biex isir
tisbiħ u modernizzar
fil-knisja parrokkjali bit-tibdil tal-madum tal-art għal irħam kif ukoll bl-istallazzjoni ta’ sistema moderna u effiċjenti ta’ arja kkundizzjonata. Nixtiequ nuru l-apprezzament sinċier tagħna lil kull min qed jagħti
s-sehem tiegħu biex dan il-proġett isir realtà.