Nhar it-Tnejn niċċelebraw is-Solennità ta’ San Pietru u San Pawl. L-Imnarja. Għalkemm mhix festa kmandata tkun ħaġa sabiħa li wieħed jisma’ l-quddiesa u jitqarben. Il-ħin tal-quddies ikun dak bħal ta’ nhar ta’ xogħol.

• It-Tlieta fis-7:00pm fiċ-ċentru parrokkjali ser issir laqgħa għall-ġenituri u l-parrini li se jgħammdu t-trabi tagħhom il-Ħadd 5 ta’ Lulju fil-quddiesa tad-9:30am. Il-laqgħa ser issir it-Tlieta flok it-Tnejn peresli t-Tnejn hija festa.

Nhar il-Ġimgħa, l-ewwel Ġimgħa tax-xahar. Fl-10:00am fiċ-ċentru pastorali ta’ Triq il-Liedna jkun hemm il-quddiesa u l-adorazzjoni.

• Il-Ġimgħa wkoll fis-6:30pm ikollna wkoll quddiesa u wara adorazzjoni bi preparazzjoni għall-festa. Kemm ir-rużuraju, il-quddies u l-adorazzjoni se jsiru isfel fis-sala parrokkjali fejn se jkun hemm l-arja kkundizjonata.

Nhar is-Sibt huwa l-Ewwel Sibt tax-xahar għalhekk wara l-quddiesa tat-7:45am ikollna r-rużarju meditat fiċ-ċentru parrokkjali.

Nhar is-Sibt ukoll il-quddiesa tas-6:30pm tkun b’suffraġju għall-ħutna li ħallewna mill-aħħar festa. Nistiednu lil dawk li tilfu li xi ħadd mill-għeżież tagħhom sabiex jattendu għal din il-quddiesa.

Nhar is-Sibt il-Kummissjoni Festa Esterna se torganizza l-Fgura Fest quddiem il-knisja. Biljetti mill-maħżen tal-armar.

• Il-Ħadd 5 ta’ Lulju il-quddiesa tad-9:30am tkun bis-sagrament tal-magħmudija. Fil-11:00am ikollna quddiesa għaż-żgħażagħ u l-adoloxxenti bis-sehem tal-Kummisjoni Festa Esterna u l-Għaqda Mużikali u Soċjali Madonna tal-Karmnu Fgura, ir-reffiegħa tal-vara u l-għaqdiet taż-żgħażagħ. Waqt il-quddiesa jingħata l-mandat lir-reffiegħa u jitbierku l-istendardi tal-kummissjoni u tal-banda.

Nhar il-Ħadd huwa wkoll l-ewwel Ħadd tax-xahar, għalhekk issir il-ġabra għall-bżonnijiet tal-knisja.

• It-Tlieta 8 ta’ Lulju se niċċelebraw Jum il-Familja. Għall-quddiesa ta’ filgħaxija qed nistiednu lil dawk il-koppji li din is-sena qed jiċċelebraw xi anniversarju speċjali. Dak il-koppji li jixtieq jingħaqdu magħna għal-din il-quddiesa huma mitluba jħallu isimhom fis-sagristija jew jibgħatu messaġġ fuq il-facebook page tal-parroċċa.

• Il-ġabra li saret il-Ħadd li għadda għall-Festa Interna Kienet ta’ €1,630, filwaqt li l-ġabra li saret ħdejn il-bibien tal-knisja miż-żgħażagħ tal-Youth fellow ship għall-missjoni fit-Tanzanija kienet ta’ €1,450. Iż-żgħażagħ bagħtu jirringrazzjawkom ħafna.

Nhar is-Sibt li ġej issir l-aħħar quddiesa tal-5:30pm. Il-quddiesa tal-5:30pm terġa tibda ssir l-ewwel Sibt ta’ Ottubru.