·         Nhar it-Tlieta quddiem il-flats tal-Gvern fi Triq Mater Boni Cosiglii fis-6:30pm se jingħad ir-rużarju u fis-7:00pm quddiesa bi preparazzjoni għall-festa.

 

·         Nhar il-Ġimgħa, l-ewwel Ġimgħa tax-xahar: ikun hawn l-adorazzjoni wara l-quddiesa tat-8:30am. Wara l-quddiesa tas-6:30pm ikollna siegħa adorazzjoni bi tħejjija għall-festa. Fl-10:00am fiċ-ċentru pastorali ta’ Triq il-Liedna ikun hemm il-quddiesa u l-adorazzjoni.

 

·         Nhar is-Sibt huwa l-Ewwel Sibt tax-xahar għalhekk wara l-quddiesa tat-7:45am ikollna r-rużarju meditat fiċ-ċentru parrokkjali.

 

·         Nhar is-Sibt ukoll infakkru lil ħutna li ħallewna mill-festa tas-sena l-oħra ‘l hawn. Il-quddiesa tas-6:30pm tkun għal ruħhom.

 

·         Nhar is-Sibt issir l-aħħar quddiesa fil-5:30pm. Il-quddiesa fil-5:30pm terġa tibda’ f’Ottubru.

 

·         Nhar is-Sibt ukoll il-Kummissjoni Festa Esterna se torganizza l-Fgura Fest. Biljetti mill-maħżen tal-armar.

 

·         Nhar il-Ħadd il-quddiesa tad-9:30am tkun biċ-ċelebrazzjoni tal-magħmudija. Għalhekk nhar it-Tnejn fis-7:00pm fiċ-ċentru parrokkjali ser issir laqgħa għall-ġenituri u l-parrini li se jgħammdu t-trabi tagħhom.

 

·         Il-Ħadd, il-quddiesa tal-11:00am se tkun għaż-żgħażagħ u l-adoloxxenti bis-sehem tal-membri tal-Kummisjoni Festa Esterna, l-Għaqda Mużikali u Soċjali Madonna tal-Karmnu u r-reffiegħa. F’din il-quddiesa ser issir l-inawgurazzjoni tal-inkwatru titulari wara li sar xogħol ta’ restawr fuqu.

 

·         Il-Ħadd ukoll fit-7:45pm ser issir l-inawgurazzjoni tal-proġett tal-bini mill-ġdid tal-każin tal-banda mill-Eċċellenza tagħha l-President ta’ Malta Dr Myriam Spiteri Debono.

 

·         Nhar il-Ħadd huwa ewwel Ħadd tax-xahar, għalhekk issir il-ġabra speċjali għall-bżonnijiet tal-knisja. Fost l-ispejjes li għamilna fil-knisja, inxtraw xi fannijiet ġodda kif ukoll għamilna air-condition ġdid fil-crying room.

 

·         Il-Ħarġa ta’ Leħen il-Fgura bil-programm tal-festa tinsab fis-sagristija. Nitolbu lid-distributuri sabiex jieħdu l-kopji tagħhom mis-sagristija. Nirringrazzjawhom bil-quddiem.

 

·         It-Tlieta 8 ta’ Lulju niċċelebraw Jum il-Familja fil-parroċċa tagħna. Għall-quddiesa ta’ filgħaxija li se tkun fis-7:00pm qed nistiednu lil dawk il-koppji li kellhom tarbija mill-festa tas-sena l-oħra ‘l hawn kif ukoll lil dawk il-koppji li din is-sena qed jiċċelebraw xi anniversarju speċjali. Dawk il-koppji li qed jiċċelebraw xi anniversarju speċjali u jixtiequ jingħaqdu magħna huma mitlub jagħtuna isimhom fis-sagristija.

 

·         Din il-ġimgħa fil-parroċċa tagħna mietu: Alfred Mifsud, John Ciantar, Kathleen Magri u Connie Sladden. Il-Funeral ta’ Connie Sladden se jsir nhar it-Tnejn fil-quddiesa tat-8:30am.