• Nhar it-Tnejn fis-7:00pm fiċ-ċentru parrokkjali
ser issir laqgħa għall-ġenituri u l-parrini
li se jgħammdu t-trabi
tagħhom nhar il-Ħadd 6 ta’ Settembru fil-quddiesa tad-9:30am.
• Nhar l-Erbgħa li ġej se norganizzaw ġurnata għal Għawdex. Nitilqu minn quddiem il-knisja fis-6:30am, niġu lura mal-vapur tas-7:00pm.
• Nhar il-Ġimgħa, l-ewwel Ġimgħa tax-xahar, ikun hawn
l-adorazzjoni wara l-quddiesa tat-8:30am u wara dik tas-6:30pm. Fl-10:00am ikun hemm il-quddiesa u l-adorazzjoni fiċ-ċentru pastorali ta’ Triq il-Liedna.
• Nhar is-Sibt huwa
l-Ewwel Sibt tax-xahar għalhekk wara l-quddiesa tat-7:45am ikollna r-rużarju meditat fiċ-ċentru parrokkjali.
• Il-Ħadd li ġej huwa l-ewwel Ħadd
tax-xahar, għalhekk issir il-ġabra speċjali għall-bżonnijiet
tal-knisja.
• Dawk il-ġenituri li għandhom it-tfal li twieldu fis-sena 2020 huma mitluba sabiex jirreġistrawhom għall-katekiżmu.
Formoli u dettalji minn fuq il-facebook
page tal-Museum tas-subien
u minn fuq il-facebook page tal-Museum tal-bniet.
• Is-Sibt 19 ta’ Settembru l-Kummissjoni Festa Esterna se torganizza attività ta’ tmiem is-sajf fuq
iz-zuntier. Biljetti mill-maħżen tal-armar.
• Nerġgħu infakkru fuq id-diċenza fl-ilbies tagħna fil-knisja. Ġieli ninnutaw li jkun hawn xi persuni li ma jkunux lebsin addattat
għall-knisja. Inħeġġukom
biex nilbsu diċenti u kif jixraq għad-dar t’Alla.
• Din il-ġimgħa fil-parroċċa
tagħna miet John
Mangion.