PARROĊĊA MADONNA TAL-KARMNU

FGURA

PJAN PASTORALI 2015-2017

 

Nitlobkom, ejjew ma niġrux wara l-ilħna tas-sireni li jsejħulna biex nagħmlu mill-pastorali serje ta’ inizjattivi mxerrda, bla ma jirnexxielna nagħrfu l-essenzjal ta’ l-impenn ta’ evanġelizzazzjoni.  Xi kultant donna aktar imħabbtin biex inkattru l-attivitajiet milli biex inkunu attenti għall-persuni u għal-laqgħa tagħhom ma’ AllaPastorali li m’għandhiex din l-attenzjoni tibda ftit ftit issir sterili.  Ma ninsewx nagħmlu bħalma għamel Ġesù mad-dixxipli tiegħu: wara li dawn marru fl-irħula biex iwa

 

sslu l-bxara tal-Vanġelu, reġgħu lura kuntenti bis-suċċessi tagħhom; imma Ġesù sejħilhom għalihom waħidhom, f’post maqtugħ min-nies biex joqgħod ftit waħdu magħhom (ara Mk 6:31).  Pastorali mingħajr talb u kontemplazzjoni qatt ma tista’ tilħaq il-qalb tal-persuni.  Tieqaf mal-qoxra mingħajr ma tħalli ż-żerriegħa tal-Kelma ta’ Alla tagħmel l-għeruq, tnibbet, tikber u tagħti l-frott (ara Mt 13:1-23).

Il-Papa Franġisku.

_________________________________

Daħla:

“Nistieden lill-insara kollha huma fejn huma, issa stess, għal laqgħa  Personali mġedda ma’ Ġesù Kristu, jew għallinqas li jkunu miftuħin biex iħalluh jiltaqa’ magħhom; nitlobkom ilkoll biex din il-ħaġa tagħmluha kuljum bla ma taqtgħu.  Ħadd m’għandu jaħseb li din l-istedina mhix għalih jew għaliha, ladarba ħadd mhu eskluż mill-ferħ li jagħti l-Mulej.  Il-Mulej ma jiddiżappuntahomx lil dawk li jieħdu dan ir-riskju; kull meta nagħmlu pass lejn ĠesuÏ, naslu biex nintebħu li hu diġa’ qiegħed hemm jistenniena b’idejn miftuħa.”

Fid-dawl ta’ dan il-kliem tal-Papa Franġisku fl-Eżortazzjoni Appostolika Evangelii Gaudium nixtiequ nindirizzaw il-ħidma pastorali fil-parroċċa tagħna tal-Fgura f’dawn is-sentejn li ġejjin.

Għaldaqstant nixtiequ li l-parroċċa tagħna tkun komunità li fiha wieħed isib esperjenza vera ta’ Ġesù.  Din l-esperjenza rridu nippruvaw nagħtuha lil xulxin billi l-ewwel u qabel kollox INĠEDDU r-relazzjoni tagħna mal-persuna ta’ ĠesuÏ imbagħad ngħinu lill-oħrajn biex jaslu għaliha.

Għalhekk dan il-Pjan Pastorali mhux ser jiġbor fih lista twila ta’ inizjattivi li minnhom diġa’ għandna ħafna imma pjuttost huwa indirizzat għat-tiġdid fil-ħajja nisranija ta’ min huwa ġa mpenjat fil-Knisja kif ukoll għal dawk li jħossuhom fil-periferija tal-komunitaÏ.

L-inizjattivi meħuda fis-snin li għaddew u li għadhom validi għall-ħidma pastorali llum nimpenjaw ruħna li nkompluhom, fil-waqt li dawk li m’ għadhomx relevanti inneħħuhom u ndaħħlu oħrajn ġodda minflokhom.

 

IL-LITURĠIJA U T-TALB

 

Kull ħidma pastorali tkun bla frott jekk mhux mibnija fuq it-talb personali u komunitarju.  Għalhekk fil-waqt li nimpenjaw ruħna biex inkomplu nikkuraw il-liturġija anki permezz tal-formazzjoni ta’ dawk li jagħtu sehemhom fiha nipproponu wkoll li nagħtu aktar importanza lill-mumenti ta’ talb quddiem l-Ewkaristija.  Għal dan il-għan:

  1.  Adorazzjoni Ewkaristika fis-skiet u mtawwla sat-8:30pm kull l-Ewwel Ġimgħa tax-xahar fil-Knisja Parrokkjali.
  2. Inħeġġu lill-parruċċani u nfakkruhom fil-kappella tal-adorazzjoni fi Triq il-Liedna biex inkattru s-sens tal-preżenza ta’ Alla f’nofsna u l-ħtieġa li ngħaddu ħin miegħu.
  3. Isiru mumenti ta’ talb quddiem l-Ewkarstija fil-bidu ta’ kull laqgħa tal-Kunsill Pastorali Parrokkjali.

 

IL-KATEKEŻI

I.            Mal-Familji

Il-familja hija realtà għal qalbna ħafna u għalhekk aħna rridu nimpenjaw ruħna biex l-esperjenza ta’ Ġesù tasal l-ewwel u qabel kollox fil-familji tagħna.  Għal dan il-għan:

  1.  Inkomplu t-tberik u ż-żjajjar fil-familji fuq firxa ta’ 9 xhur kull sena.
  2.  Nagħmlu kuntatt dirett mal-koppji li jkunu għadhom kemm iżżewġu billi jsiru żjajjar lilhom mill-Kummissjoni Familja fl-ewwel anniversarju taż-żwieġ tagħhom.
  3.  Biex dan ikun jista’ jsir insaħħu l-Kummissjoni Familja b’ koppji żgħażagħ.

 

II.           Mal-Adolexxenti u ż-Żgħażagħ

Dawn huma realtaÏ kbira fil-parroċċa u għalkemm qegħdin nilħqu numru sabiħ minnhom permezz tal-Youth Centre, l-Għaqda tal-Abbatini, il-Museum u s-Sezzjoni Żgħażagħ tal-Kummissjoni Festa Esterna, żgur li għadna qegħdin nilħqu biss numru limitat meta mqabbel man-numru ta’ żgħażagħ u adolexxenti fil-parroċċa tagħna. 

  1. Huwa fatt li ħafna żgħażagħ li jiġu l-quddiesa tal-Ħadd nistgħu inwasslulhom messaġġ b’dan il-mod biss għax ma jixtiequx li jimpenjaw ruħhom aktar minn hekk.  Għalhekk nimpenjaw irwieħna li ntejjbu aktar il-quddiesa indirizzata għaż-żgħażagħ il-Ħadd fil-għaxija.  Minħabba li mhux possibli li nżommu l-istess livell ta’ animazzjoni kull nhar ta’ Ħadd il-Youth Centre jimpenja ruħu li janima l-quddiesa tal-Ewwel Ħadd tax-xahar bil-kollaborazzjoni tal-Comunità Abramo.  Nimpenjaw ruħna wkoll li l-quddiesa ta’ kull nhar ta’ Ħadd fil-għaxija tkun animata b’mod li jappella għaż-żgħażagħ.
  2. Numru ta’ żgħażagħ u adolexxenti ikunu preżenti kull nhar ta’ Ħadd fil-Club tal-Fgura United.  Nimpenjaw ruħna biex indaħħlu fis-seħħ iċ-ċelebrazzjoni ta’ quddiesa l-Ħadd darba fix-xahar fil-club bi ftehim mal-President u l-Kumitat.
  3. Naħdmu aktar mill-qrib mal-Comunità Abaramo li magħha l-parroċċa qed tibni relazzjoni tajba ħafna biex nikkunsidraw inizjattivi pastorali oħrajn biex nilħqu żgħażagħ u adolexxenti li huma mbiegħda għal kollox mill-ħajja nisranija.

 

III.       Mal-Lajċi Impenjati u ma’ dawk li mhumiex impenjati

Ninnutaw li minkejja l-bosta inizjattivi ta’ formazzjoni li jittieħdu fil-parroċċa xorta waħda għadha tidher fostna inkoerenza kbira mal-valuri nsara.  Ma nistgħux nevanġelizzaw b’mod li jagħmel sens u effettiv lil dawk li huma fil-periferiji jekk l-ewwel ma nkunux aħna li ngħixu b’mod koerenti l-ħajja nisranija tagħna.  Għalhekk irridu nkomplu nsaħħu l-formazzjoni nisranija ta’ dawk li huma impenjati.  Għal dan il-għan:

  1. Norganizzaw kors ta’ formazzjoni dwar il-Knisja miftuħ għal kulħadd u b’mod speċjali għal dawk li huma mpenjati fl-għaqdiet, fil-ħidmiet tal-parroċċa u fil-ħajja nisranija.  (inizjattiva 50 sena parroċċa)
  2. Norganizzaw ukoll Film Forums bl-istess għan.  (inizjattiva 50 sena parroċċa)
  3. Permezz tal-inizjattiva Adorazzjoni f’ Salib it-Toroq nippruvaw nevanġelizzaw lil dawk li huma fil-periferija kemm ġeoġrafika kif ukoll dik tal-qalb.  (inizjattiva 50 sena parroċċa)

 

 

DJAKONIJA

 

  1. Il-Grupp Romol u l-Kummissjoni Djakonija joffru appoġġ u solidarjetà lil dawk li jkunu ġarrbu t-telfa ta’ xi ħadd għażiż billi jattendu l-funerali, iżuruhom fi djarhom u jgħinuhom jgħixu b’mod nisrani t-tbatija tagħhom fid-dawl tat-twemmin tagħna fil-Qawmien mill-Imwiet.
  2. L-operaturi pastorali fil-qasam tad-djakonija jimpenjaw ruħhom li jieħdu sehem f’inizjattivi ta’ formazzjoni għalihom li jkunu pprovduti minn żmien għal żmien.

 

________________________

 

Għeluq: Aħna nafdaw dawn l-intenzjionijet u r-rieda tajba tagħna f’idejn il-Verġni Marija Omm u Patruna tagħna.  Nitolbu l-għajnuna tagħha biex dan il-Pjan Pastorali inpoġġuh fil-prattika skond ir-rieda ta’ Alla.