L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Profeta
Ġeremija
Ġer 20, 10-13
F’dak iż-żmien,
Ġeremija qal:
Ma nismax
ħlief taqsis il-kotra;
biża’ madwari
kollu!
“Ixluh!
Ħa nixluh!”
Jgħajtu saħansitra
ħbiebi kollha,
ifittxu l-qerda
tiegħi: “Għandu mnejn jitqarraq u negħlbuh;
ta’ kollox
nitħallsu minnu!”
Il-Mulej
miegħi bħal raġel qalbieni,
għalhekk dawk li jagħmlu għalija jogħtru, ma jagħmlu xejn,
jitħawdu bis-sħiħ,
għax ħsiebhom ma jseħħx;
għajb għalihom
li ma jintesa qatt.
Int, Mulej
ta’ l-eżerċti, li ġġarrab
il-ġust, li tara l-ġewwieni u l-qalb,
ħallini nara
l-vendetta tiegħek kontrihom,
għax f’idejk ħallejt il-kawża tiegħi.
Għannu lill-Mulej,
faħħru lill-Mulej,
għaliex ħajjet
l-imsejken ħelisha minn id il-ħżiena.
Il-Kelma tal-Mulej
Salm Responsorjali
Salm 68 (69), 8-10.14.17.33-35
Rit: Fil-kobor
ta’ tjubitek weġibni,
O Alla
Minħabba fik qiegħed nilqa’ t-tmaqdir, u l-mistħija tiksili wiċċi.
Sirt barrani għal ħuti, ulied ommi ma jagħrfunix.
Għax il-ħeġġa
għal darek fnietni,
it-tagħjir
ta’ min jgħajjar lilek
waqa’ fuqi.
Rit.
Imma jien lilek nitlob,
Mulej; meta jogħġbok,
o Alla, weġibni, fil-kobor ta’ tjubitek
u skond
il-wegħda tas-salvazzjoni
tiegħek.
Weġibni, Mulej,
għax mill-aħjar tjubitek;
dur lejja
fil-kobor tal-ħniena tiegħek.
Rit.
Hekk jaraw
l-imsejkna u jifirħu;
u tagħmlu
l-qalb, intom li tfittxu lil Alla.
Għax jisma’ l-fqajrin il-Mulej, ma jistmellx l-imjassrin tiegħu.
Ifaħħruh is-sema
u l-art,
l-ibħra
u kull ma jitħarrek fihom.
Rit.
IT-TIENI QARI
Qari mill-ittra ta’ San Pawl Appostlu lir-Rumani
Rum 5, 12-15
Ħuti, kien
permezz ta’ bniedem wieħed li fid-dinja daħal id-dnub, u permezz tad-dnub il-mewt, u hekk il-mewt laħqet il-bnedmin kollha, għax kollha dinbu.
Kienet għadha
ma waslitx il-Liġi,
id-dnub kien ġa fid-dinja:
imma d-dnub
ma kienx magħdud, ladarba Liġi ma kienx hemm.
Madankollu l-mewt
saltnet ukoll minn Adam sa Mosè, mqar
fuq dawk li ma waqgħux fid-dnub li fih kien waqa’
Adam, li kien xbieha ta’ dak li kellu jiġi.
Imma d-don m’huwiex
bħall-ħtija. Għax jekk permezz ta’ ħtija waħda mietet il-kotra, aktar u aktar issa
l-grazzja ta’ Alla u d-don mogħti bil-grazzja ta’ bniedem wieħed li hu Ġesù Kristu, xterdu bil-bosta fuq il-kotra.
Il-Kelma tal-Mulej
VERSETT
Hallelujah. Halleluljah.
L-Ispirtu tal-verità
jixhed għalija, jgħid il-Mulej;
u intom
ukoll tixhdu.
Hallelujah
L-EVANĠELJU
Qari mill-Evanġelju skont San Mattew
Mt 10, 26-33
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-Appostli tiegħu: ”La tibżgħux
mill- bnedmin. Għax xejn ma hu mgħotti li ma jinkixifx, u xejn ma hu moħbi li ma jsirx magħruf.
Dak li jien ngħidilkom fid-dlam għiduh fid-dawl, u dak li ngħidilkom f’widnejkom xandruh minn fuq
il-bjut. U tibżgħux
minn dawk li joqtlu l-ġisem bla ma jistgħu joqtlu r-ruħ; imma aktar ibżgħu
minn dak li jista’ jeqred kemm
ir-ruħ u kemm il-ġisem fl- infern.
Żewġ għasafar tal-bejt mhux b’ħabba jinbiegħu? U b’danakollu anqas wieħed minnhom ma jaqa’ fl-art mingħajr
ir-rieda ta’ missierkom.
Intom imbagħad sax-xagħar ta’
raskom kollu hu magħdud. Mela xejn la tibżgħu; intom aqwa minn
ħafna għasafar tal-bejt.
Kull
min jistqarr quddiem il-bnedmin li hu miegħi, jien ukoll nistqarr
li jiena miegħu quddiem Missieri li hu fis-smewwiet. Iżda min jiċħad lili quddiem il-bnedmin, jien ukoll niċħad
lilu quddiem Missieri li hu fis-smewwiet.”
Il-Kelma tal-Mulej