L-EWWEL QARI

Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija

Is 66, 10-14Ċ

 

Ifirħu lil Ġerusalemm, thennew biha, intom ilkoll ħbieb tagħha!

Aqbżu bil-ferħ, intom ilkoll li qsamtu swied il-qalb magħha!

Hekk intom terdgħu  u tixbgħu minn sider il-faraġ tagħha; terdgħu  u titgħaxxqu mis-sider mimli tagħha.

 

Għaliex dan jgħid il-Mulej:

Arani! Se nifrex fuqha s-sliem bħal xmara, u bħal xmara tfur il-ġid tal-ġnus. U intom terdgħu  u fuq id-dirgħajn tintrefgħu, u jżiegħlu bikom fuq l-irkupptejn.

Bħalma omm tfarraġ lil binha, hekk jiena nfarraġ lilkom

u f’Ġerusalemm titfarrġu. Taraw u tifraħ qalbkom, u għadamkom bħal ħaxix iħaddar; u jagħrfu fil-qaddejja tiegħu id il-Mulej.”

 

Il-Kelma tal-Mulej.


SALM RESPONSORJALI                     

Salm 65

RIT: Għajtu bil-ferħ lil Alla

 

Għajtu bil-ferħ lil Alla, bnedmin tad-dinja kollha;

għannu s-sebħ ta’ ismu,
xandru s-sebħ u t-tifħir tiegħu.

Għidu lil Alla: “Kemm int tal-biżaf’għemilek!”
Rit...

 

 

”L-art kollha tagħtik qima,
tgħannilek u tgħanni lil ismek.”

Ejjew, araw l-għemejjel ta’ Alla;

tal-biżaf’għemilu fost il-bnedmin.
Rit...

 

Biddel il-baħar f’art niexfa,

għaddew bil-mixi minn nofs ix-xmara.
Għalhekk, nifirħu bih!

Hu jsaltan bil-kobor tiegħu għal dejjem!
Rit...

 

 

Ejjew, isimgħu, u ngħidilkom,
intom ilkoll li tibżgħu minn Alla, ngħidilkom x’għamel miegħi.

Imbierek Alla, li ma warrabx it-talba tiegħi;

ma warrabx minn fuqi t-tjieba tiegħu! 
Rit...

 

                                                

 

IT-TIENI QARI

Għeluq tal-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Galatin

Gal 6, 14-18

 

Ħuti, ngħid għalija, ma jkun qatt li niftaħar jekk mhux bis-salib ta’ Sidna Ġesù Kristu, li bih id-dinja hi msallba għalija u jien għad-dinja.

 

 

Għaliex, biĊ-ĊirkonĊiżjoni jew mingħajrha, xejn ma hemm ta’ siwi,

ħlief il-ħolqien ġdid. U dawk kollha li jimxu fuq din ir-regola, is-sliem u l-ħniena fuqhom, u wkoll fuq Iżrael ta’ Alla.

 

Mil-lumil quddiem ħadd  ma għandu jħabbatni iżjed; jien inġib f’ġismi l-marki ta’ Kristu.

 

Il-grazzja ta’ Sidna Ġesù Kristu tkun magħkom, ħuti. Ammen.

 

Il-Kelma tal-Mulej.

 

 

VERSETT
Hallelujah.
Halleluljah.
Ħalli s-sliem ta’ Kristu jsaltan fi qlubkom;

Ħalli l-kelma ta’ Kristu tgħammar sħiħa fikom.

Hallelujah.

L-EVANĠELJU

Qari mill-Evanġelju skont San Luqa

Lq 10, 1-12.17-20

 

F’dak  -żmien, il-Mulej għażel tnejn u sebgħin oħra u bagħathom tnejn tnejn qablu f’kull belt u post fejn kien se jmur hu. U qalilhom:

“Il-ħsad huwa kbir, imma l-ħaddiema ftit! Itolbu mela lil Sid il-ħsad biex jibgħat ħaddiema għall-ħsad tiegħu! Morru: araw, qiegħed nibgħatkom bħal ħrief qalb l-ilpup. Teħdux magħkom la but, la ħorġa u lanqas qrieq, u fit-triq issellmu lil ħadd.

 

Fid-dar fejn tidħlu, l-ewwel għidu: “Is-sliem lil din id-dar.” U jekk fiha jkun hemm min iħobb is-sliem, jistrieħ is-sliem tagħkom fuqu; jekk le, it-tislima tagħkom terġalura għandkom. Ibqgħu għand dik il-familja, u kulu u ixorbu milli jkollhom huma, għax il-ħaddiem ħaqqu ħlasu. Toqogħdux idduru minn familja għal oħra.


F’kull belt li fiha tmorru u jilqgħukom, kulu dak li jqegħdulkom quddiemkom; fejqu l-morda li jkun hemm; u lin-nies għidulhom: “Is-Saltna ta’ Alla waslitilkom.” Imma l-belt li fiha tidħlu u ma jilqgħukomx, oħorġu fil-pjazez tagħha u għidu: “Sat-trab ta’ beltkom infarfru minn ma’ riġlejna, u nħalluh għalikom. Imma kunu afu dan: is-Saltna ta’ Alla waslet.” Ngħidilkom li dak il-jum ikun eħfef għal Sodoma milli għal dik il-belt.”

 

It-tnejn u sebgħin reġgħu lura ferħana jgħidu: “Mulej, ix-xjaten ukoll joqogħdu għalina minħabba f’ismek.” U hu qalilhom: “Iva, jien kont narah lix-Xitan jaqabħal berqa mis-sema. Araw, tajtkom is-setgħa li tirfsu fuq sriep u skorpjuni u li tegħlbu kull qawwa tal-għadu u ebda ħsara ma jagħmlulkom. Madankollu mhux b’dan ifirħu, li l-ispirti joqogħdu għalikom, imma ifirħu għax għandkom isimkom miktub fis-smewwiet.”



Il-Kelma tal-Mulej.