L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija
Is 55, 10-11
Dan jgħid il-Mulej:
”Bħalma x-xita u s-silġ jinżlu mis-smewwiet,
u ma jerġgħux lura mnejn ġew
bla ma jsaqqu l-art,
imma jġegħluha tnissel u tnibbet,
u tagħti ż-żerriegħa lil min jiżra’ u l-ħobż lil min jiekol,
hekk jiġri minn kelmti:
hija toħroġ minn fommi,
u ma terġax lura vojta,
imma tagħmel dak li jogħġob lili,
u ttemm dak
li nkun bgħattha tagħmel.”
Il-Kelma tal-Mulej.
Salm 64
RIT: Iż-żerriegħa waqgħet f’art tajba, u għamlet il-frott
Inti żżur l-art u ssaqqiha,
u tagħniha bil-ġid tiegħek.
Il-wied ta’ Alla mimli bl-ilma,
il-qamħ tagħhom ħejjejtilhom.
Rit...
Hekk int tħejjiha:
issaqqi r-raddiet u twitti t-tub tagħha,
bl-irxiex trattabha u tberkilha ż-żrieragħ.
Fawwart is-sena bi tjubitek,
triqatek bil-ġid joqtru.
Rit...
Joqtru bin-nida l-mergħat tad-deżert,
u bil-ferħ jitħażżmu l-għoljiet.
Il-mergħat jimtlew bl-imrieħel,
il-widien jinksew bil-qamħ;
jgħajtu lkoll u jgħannu
bil-ferħ!
Rit...
IT-TIENI QARI
Rum 8,
18-23
Ħuti, jiena għadni
persważ li t-tbatijiet
ta’ issa ma għandhom xejn
x’jaqsmu mal-glorja li għad trid tidher fina. Il-ħlejjaq kollha qegħdin
jistennew ħerqana r-rivelazzjoni ta’ wlied Alla; għax il-ħolqien jinsab
taħt il-frugħa - mhux minn rajh,
imma minħabba dak li xeħtu taħtha
- bit-tama li l-ħlejjaq huma wkoll għad ikunu meħlusa mill-jasar tatta
ħsir u jiksbu l-ħelsien tal-glorja ta’ wlied Alla.
Aħna nafu li l-ħolqien kollu għadu s’issa jitniehed bl-uġigħ tal-
ħlas; u mhux hu
biss, imma wkoll aħna li għandna l-ewwel frott
ta’ l-Ispirtu, aħna wkoll nitniehdu fina nfusna waqt li nistennew ladozzjoni
ta’ wlied,
il-fidwa ta’ ġisimna.
Il-Kelma tal-Mulej.
VERSETT
Hallelujah. Halleluljah.
Iż-żerriegħa hi l-Kelma ta’ Alla u l-bidwi hu Kristu:
kull min isib lilu, għandu l-ħajja ta’ dejjem.
Hallelujah.
L-EVANĠELJU
Qari mill-Evanġelju skont San Mattew
Mt 13,
1-23
Dakinhar Ġesù ħareġ mid-dar, mar f’xatt il-baħar u qagħad
bilqiegħda hemm. U nġabru
madwaru folol hekk kbar ta’ nies
li
kellu jitla’ fuq
dgħajsa u jinżel bilqiegħda fiha; in-nies qagħdu lkoll
wieqfa fuq ix-xatt,
u hu beda jkellimhom fuq bosta ħwejjeġ bilparabboli.
U qalilhom: “Darba wieħed bidwi ħareġ jiżra’. Huwa u jiżra’, xi
żerrigħat waqgħu mal-mogħdija, ġew l-għasafar u naqqruhom
kollha. Oħrajn waqgħu f’art kollha blat, fejn
ma kienx hemm wisq
ħamrija, u malajr nibtu, għax il-ħamrija ma kinitx fonda; iżda
mbagħad telgħet ix-xemx, u nħarqu u nixfu, għax ma kellhomx
għeruq. Oħrajn waqgħu qalb ix-xewk, u x-xewk kiber magħhom
u
ħonoqhom. Imma oħrajn
waqgħu f’art tajba, u għamlu l-frott, min
mija, min sittin, u min tletin. Min għandu
widnejn, ħa jisma!”
Resqu lejh id-dixxipli
u staqsew: “Għaliex tkellimhom
bil-parabboli?” Hu weġibhom: “Għax lilkom ingħata li tagħrfu
l-misteri tas-Saltna tas-Smewwiet, iżda lilhom dan ma kienx
mogħti.
Għax kull min għandu, jingħatalu, u jkollu żżejjed ukoll; iżda min
ma għandux, jitteħidlu saħansitra dak li għandu. Jien għalhekk
inkellimhom bil-parabboli; għax iħarsu kemm iħarsu ma jarawx,
u jisimgħu kemm jisimgħu ma jifhmux. U hekk isseħħ fihom
il-profezija ta’ Isaija li tgħid, “Tisimgħu
kemm tisimgħu ma tifhmux,
u tħarsu kemm tħarsu ma tarawx. Għax il-qalb ta’ dan il-poplu twebbset;
kienu tqal biex
jisimgħu b’widnejhom, u għalqu għajnejhom
li ma jmorrux jaraw b’għajnejhom, u jisimgħu b’widnejhom
u jifhmu b’moħħhom, u hekk ibiddlu
ħajjithom u jiena
nfejjaqhom.”
Intom, iżda, henjin għajnejkom, għax qegħdin jaraw; henjin
widnejkom, għax qegħdin jisimgħu. Tassew, ngħidilkom, li bosta
profeti u nies ġusti
xtaqu jaraw dak li qegħdin taraw intom u ma
rawhx, u jisimgħu dak li qegħdin tisimgħu intom, u ma semgħuhx!
Mela isimgħuha
intom il-parabbola ta’ dak li ħareġ jiżra’.
Kull min jisma’ l-kelma tas-Saltna u ma jifhimhiex, jersaq il-Ħażin
u jisraqlu dak li jkun inżera’
f’qalbu: dan huwa dak li nżera’
mal-mogħdija. Dak li nżera’
f’art kollha blat huwa dak
li jisma’
l-kelma u jilqagħha minnufih bil-ferħ; imma għeruq ma jkollux fih
innifsu, u għalhekk ftit idum; imbagħad
jiġi fuqu l-għawġ, jew isib
min iħabbtu minħabba l-kelma, u malajr jitfixkel. Dak li nżera’
qalb ix-xewk huwa
dak li jisma’ l-kelma iżda l-inkwiet żejjed
għall-ħwejjeġ tad-dinja u l-ġibda għall-ġid
ta’ l-art joħonqulu l-kelma,
li għalhekk ma tagħmilx frott. Dak imbagħad li nżera’ f’art tajba
huwa dak li jisma’
l-kelma u jifhimha; u tassew hu jagħmel
il-frott;
dan jagħmel mija, dak sittin,
u l-ieħor tletin.”
Il-Kelma tal-Mulej.