L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Għerf
Għerf 12, 13.16-19
M’hemmx Alla ieħor
ħliefek, li jieħu
ħsieb kollox
biex ikollok turih
li ma qtajtx il-ħaqq ħażin.
Għax is-setgħa tiegħek hi l-għajn tal-ġustizzja,
u, għax int Sid ta’ kollox, lil kulħadd tagħder.
Int turi saħħtek
ma’ min ma jemminx fil-kobor
ta’ setegħtek:
u trażżan ’il dawk li, għalkemm
jafuha,
iqumu kontriha.
Għax sid
il-qawwa, int tagħmel il-ħaqq bil-ħniena;
lilna tmexxina bi tjieba kbira.
Għalkemm għandek is-setgħa, issibha wkoll meta tridha.
B’dan l-għemil int għallimt lill-poplu tiegħek,
li l-ġust għandu jkun twajjeb.
Din hi t-tama sabiħa li
inti tajt lil uliedek,
li inti tagħti
żmien għall-indiema
ta’ dnubiethom.
Il-Kelma tal-Mulej.
Salm 85
RIT: Mulej, inti twajjeb
u taħfer
nt, Sidi, twajjeb
u taħfer,
kollok tjieba għal
kull min isejjaħlek.
Agħti widen, Mulej, għat-talba tiegħi,
isma’ l-leħen
ta’ l-ilfiq tiegħi.
RIT
.
Il-ġnus kollha, li għamilt, jiġu jinxteħtu quddiemek,
u jsebbħu ismek, Sidi.
Għax kbir int,
u għemejjel ta’ l-għaġeb
tagħmel;
int waħdek Alla!
RIT
Int, Alla Sidi,
ħanin u twajjeb,
iddum biex tagħdab,
kollok tjieba u fedeltà.
Ħares lejja u ħenn
għalija,
agħti qawwa lill-qaddej
tiegħek.
RIT
.
IT-TIENI QARI
Qari mill-Ittra ta’ San Pawl
Appostlu lir-Rumani
Rum 8,
26-27
Ħuti, l-Ispirtu,
min-naħa tiegħu, jgħinna fin-nuqqas ta’ ħila tagħna.
Għax aħna anqas biss nafu
nitolbu kif imiss, imma l-Ispirtu
stess
jidħol għalina bit-talb tiegħu bi tnehid li ma jistax jitfisser bil-kliem;
u Alla, li l-ħarsa tiegħu tinfed il-qlub, jaf x’inhi x-xewqa
ta’ l-Ispirtu;
bit-talb tiegħu jidħol għall-qaddisin skond ma jrid Alla.
Il-Kelma tal-Mulej.
VERSETT
Hallelujah. Halleluljah.
Infaħħrek, Missier, Sid is-sema u l-art,
għax inti dawn il-ħwejjeġ tas-Saltna wrejthom liċ-ċkejknin.
Hallelujah.
L-EVANĠELJU
Qari mill-Evanġelju skont San Mattew
Mt 13,
24-43
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lin-nies
din il-parabbola: ”Is-saltna
tas-Smewwiet tixbah lil
wieħed raġel li żara’ żerriegħa tajba fl-għalqa
tiegħu. Iżda xħin in-nies kienu reqdin, ġie
l-għadu tiegħu, żara’
s-sikrana qalb il-qamħ
u telaq. Meta mbagħad il-qamħ nibet u
ħareġ is-sbul, tfaċċat ukoll is-sikrana. Resqu l-qaddejja fuq sid
l-għalqa u qalulu: “Sinjur, int mhux
żerriegħa tajba żrajt fl-għalqa
tiegħek? Mela dis-sikrana mnejn
ġiet?” Iżda
hu qalilhom:
“Dil-biċċa
għamilhieli xi għadu
tiegħi.” “Tridx immorru niġbruha?”
qalulu l-qaddejja. ”Le, qalilhom, għax intom u tiġbru s-sikrana
għandkom mnejn taqilgħu
magħha l-qamħ ukoll. Erħulhom jikbru
t-tnejn flimkien sal-ħsad; meta mbagħad jasal il-ħsad, ngħid
lill-ħassada: Iġbru s-sikrana l-ewwel, u orbtuha qatta qatta
għall-ħruq, imbagħad qiegħdu l-qamħ fil-maħżen tiegħi.”
Ġibilhom parabbola oħra u qalilhom: “Is-Saltna tas-Smewwiet
tixbah lil żerriegħa
tal-mustarda li wieħed
raġel ikun qabad u
żeragħha fl-għalqa tiegħu. Hija tabilħaqq l-iżgħar
waħda fost iż-
żrieragħ kollha, iżda
meta tikber, tkun l-akbar waħda fost il-ħxejjex u
ssir siġra, hekk li l-għasafar ta’ l-ajru jiġu jbejtu fil-friegħi tagħha.
Qalilhom parabbola oħra: “Is-Saltna tas-Smewwiet tixbah lil ftit
ħmira li waħda mara tkun qabdet
u ħalltet ma’ tliet sigħan dqiq sa
ma tkun għoliet
l-għaġna kollha.
Dan kollu Ġesù qalu bil-parabboli lin-nies, u mingħajr xi parabbola
ma kienx ikellimhom,
biex hekk iseħħ dak li kien ingħad permezz
tal-profeta, meta qal:
“Niftaħ fommi bil-parabboli,
nitkellem fuq ħwejjeġ
moħbija
sa mit-twaqqif tad-dinja.
Imbagħad ħalla n-nies u mar id-dar.
Resqu lejh id-dixxipli tiegħu
u qalulu: “Fissirhielna l-parabbola tas-sikrana fl-għalqa. U
weġibhom: “Dak li jiżra’ ż-żerriegħa
t-tajba huwa Bin il-bniedem.
L-għalqa hija d-dinja; iż-żerriegħa
t-tajba huma wlied is-Saltna;
is-sikrana huma wlied
il-Ħażin, u l-għadu
li żeragħha huwa
x-Xitan. Il-ħsad
ifisser tmiem id-dinja, u l-ħassada l-anġli. Mela
bħalma s-sikrana jiġbruha u jaħarquha
fin-nar, hekk isir fi tmiem
id-dinja. Bin il-bniedem jibgħat l-anġli tiegħu, u huma jiġbru barra
mis-Saltna tiegħu kull ma jġib it-tfixkil u kull min jagħmel il-ħażen,
u jixħtuhom fil-ħuġġieġa tan-nar;
hemmhekk ikum hemm il-biki
u t-tgħażżiż
tas-snien. Imbagħad il-ġusti jsiru jiddu bħax-xemx
fis-Saltna ta’ Missierhom. Min għandu widnejn, ħa jisma!
Il-Kelma tal-Mulej.