L-EWWEL QARI

Qari mill-Ktieb tal-Ġenesi

Ġen 18, 1-10a

 

F’dak  -żmien, il-Mulej deher lil Abraham ħdejn il-ballut ta’ Mamri; u hu kien fil-bieb tal-għarix fl-aqwa tas-sħana tal-jum.

 

U rafagħajnejh u ħares, u ra tlitt irġiel weqfin quddiemu; u malli rahom mar jiġri jilqagħhom mill-bieb tal-għarix u nxteħet wiċċu fl-art quddiemhom. U qal: “Sidi, jekk jien sibt ħniena f’għajnejk, tibqax għaddej minn quddiem il-qaddej tiegħek. Ħa nġib ftit ilma u aħslu riġlejkom, u strieħu taħt is-siġra, 5sakemm inġibilkom gidma ħobż, biex titrejqu, imbagħad tibqgħu sejrin - għax għalhekk għaddejtu għand il-qaddej tagħkom.” U huma qalulu: “Tajjeb, agħmel kif għedt.”

 

U Abraham ħaffef lejn l-għarix, ħdejn Sara, u qalilha: “Fittex lesti tliet sigħan smid, agħġnu u agħmlu ftajjar.”  U Abraham mar jiġri ħdejn il-baqar u ħa għoġol tari u sabiħ, u tah lill-qaddej; u dan fittex ilestih. U ħa l-baqta u l-ħalib u l-għoġol li kien lesta, u qegħedhom quddiemhom. U hu baqabilwieqfa quddiemhom taħt is-siġra, u huma bdew jieklu. U staqsewh: “Fejn hi Sara, martek?” U hu weġibhom: “Hemm fl-għarix.” U qallu: “Nerġaniġi għandek bħal dan iż-żmien sena, u ara, Sara martek ikollha iben.”

 

 

Il-Kelma tal-Mulej.


SALM RESPONSORJALI                     

Salm 14

Rit:  Mulej, min jgħammar fid-dar tiegħek?

 

Min jgħix bla ħtija u jagħmel it-tajjeb, min jgħid is-sewwa f’qalbu;

min ma jqassasx bi lsienu.

Rit...

 

Min ma jagħmilx deni lil ġaru, u ma jgħajjarx lil għajru;

min ma jistmax lill-bniedem ħażin,

imma jweġġaħ lil dawk li jibżgħu mill-Mulej.

Rit...

 

Min jislef u ma jitlobx imgħax,

u ma jixxaħħamx kontra min hu bla ħtija.
Min jagħmel dan qatt ma jitħarrek. 

Rit...

 

                                                

 

IT-TIENI QARI

Qari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Kolossin

Kol 1, 24-28

 

Ħuti, jien issa nifraħ bit-tbatijiet tiegħi minħabba fikom, għaliex bihom jiena ntemm f’ġismi dak li jonqos mit-tbatijiet ta’ Kristu għall-ġisem tiegħu li hu l-Knisja.

 

Tagħha jiena sirt ministru, skont ma tani nagħmel Alla għalikom, jiġifieri li nxandar b’mod sħiħ il-Kelma ta’ Alla, il-misteru li kien moħbi sa miż-żminijiet u l-ġenerazzjonijiet kollha, u li issa hu mgħarraf lill-qaddisin tiegħu.

 

Lil dawn Alla ried jgħarrafhom kemm huwa kbir l-għana tal-glorja ta’ dan il-misteru fost il-pagani: Kristu hu fikom, it-tama tal-glorja tagħkom. Lilu aħna nħabbru  lill-bnedmin kollha, u nwissu u ngħallmu lil kulħadd bl-għerf kollu biex inwasslu lil kull bniedem għall-perfezzjoni fi Kristu..

 

Il-Kelma tal-Mulej.

 

 

VERSETT
Hallelujah.
Halleluljah.
Henjin dawk li jisimgħu l-kelma b’qalb tajba u sin
ċiera,

jgħożżuha, u jagħmlu  l-frott billi jżommu sħiħ.

Hallelujah.

L-EVANĠELJU

Qari mill-Evanġelju skont San Luqa

Lq 10, 38-42

 

 

F’dak  -żmien, Ġesù daħal f’raħal, u laqgħetu għandha  waħda mara jisimha Marta. Din kellha oħtha, jisimha Marija, li niżlet bilqiegħda f’riġlejn il-Mulej tisimgħu x’kien qiegħed jgħid.

 

Iżda Marta kienet moħħha fuq il-ħafna xogħol tad-dar. Imbagħad resqet u qaltlu: “Mulej, m’intix tara kif oħti ħalliet ix-xogħol kollu fuqi biss? Mela għidilha taqbad tagħmel xi ħaġa miegħi.” Qabeż il-Mulej u qalilha: “Marta, Marta! Inti taħseb wisq u tinkwieta fuq ħafna ħwejjeġ; imma waħda hi meħtieġa. U Marija għażlet l-aħjar sehem, li ma jitteħdilhiex.”



Il-Kelma tal-Mulej.