L-EWWEL QARI
Qari mill-Ewwel Ktieb tas-Slaten
1
Slat 19, 9a.11-13a
F’dak iż-żmien: Elija wasal fil-Ħoreb,
il-muntanja tal-Mulej.
Hemmhekk daħal fl-għar u għadda l-lejl ġo
fih. U Alla qallu:
“Oħroġ,
u oqgħod fuq il-muntanja quddiem il-Mulej.
U ara,
il-Mulej għadda. Riħ qawwi, b’saħħa li jofroq il-muntanji u
jfarrak il-blat, għadda quddiem il-Mulej; imma l-Mulej ma kienx
f’dan ir-riħ. U wara dan ir-riħ
theżhżet l-art imma
l-Mulej ma kienx
f’din it-theżhiża. U wara t-theżhiża kien hemm in-nar,
imma
l-Mulej ma kienx fin-nar. Wara n-nar inħasset
żiffa ħelwa.
Elija, kif
ħassha, għatta wiċċu bil-mantell, ħareġ barra, u waqaf f’bieb l-għar.
Il-Kelma tal-Mulej.
Salm 84
RIT: Uri lilna, Mulej, it-tjieba tiegħek
Ħa nisma’ xi jgħid Alla;
il-Mulej is-sliem ixandar,
għall-poplu u l-ħbieb tiegħu.
Qrib hi tassew is-salvazzjoni tiegħu
għal dawk li jibżgħu
minnu,
biex jgħammar is-sebħ f’artna.
RIT.
It-tjieba u l-fedeltà jiltaqgħu,
il-ġustizzja u s-sliem jitbewsu.
Il-fedeltà mill-art tinbet,
u l-ġustizzja mis-sema tixref.
RIT.
Il-Mulej ukoll
jagħti l-ġid tiegħu,
u artna tagħti
l-frott tagħha.
Il-ġustizzja quddiemu timxi,
u s-sliem fuq
il-passi tiegħu.
RIT.
IT-TIENI QARI
Qari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lir-Rumani
Rum 9, 1-5
Ħuti, ngħidilkom is-sewwa fi Kristu, m’iniex nigdeb, tixhidli l-istess
kuxjenza tiegħi fl-Ispirtu s-Santu, li jiena mnikket għall-aħħar,
u
dejjem qalbi maqsuma;
nixtieq li kont jiena stess maqtugħ
minn
Kristu minħabba f’ħuti, nies ġensi skond il-ġisem: l-Iżraelin.
Tagħhom hija l-adozzjoni
ta’ wlied Alla u l-glorja, il-pattijiet u l-Liġi,
il-liturġija u l-wegħdiet, tagħhom huma l-patrijarki; u kien minnhom
li, skond il-ġisem,
ħareġ Kristu, li hu fuq kollox,
Alla mbierek għal
dejjem ta’ dejjem. Amen!
Il-Kelma tal-Mulej.
VERSETT
Hallelujah. Halleluljah.
Jien lill-Mulej nistenna,
ruħi f’kelmtu tittama.
Hallelujah.
L-EVANĠELJU
Qari mill-Evanġelju skont San Mattew
Mt 14,
22-33
Wara lin-nies kielu u xebgħu, Ġesù minnufih ġiegħel lid-dixxipli
jitilgħu fuq id-dgħajsa
u jmorru qablu x-xatt l-ieħor, sakemm jibgħat
lin-nies. Wara li bagħat lin-nies, tela’ waħdu fuq l-għoljiet biex
jitlob. Xħin sar filgħaxija
kien għadu hemm fuq, waħdu.
Id-dgħajsa kienet diġa’ f’nofs il-baħar titħabat mal-mewġ, għax
kellhom ir-riħ kontra tagħhom. Fir-raba’ sahra tal-lejl
mar lejn
in-naħa tagħhom miexi fuq il-baħar.
Huma rawh miexi fuq il-baħar
u twerwru. “Dan
xi fantażma! qalu; u qabdu jgħajtu bil-biża’. Iżda
hu minnufih kellimhom u qalilhom: “Agħmlu l-qalb, jien hu, tibżgħu
xejn! Wieġeb Pietru u qallu: “Mulej, jekk huwa
int, ordnali niġi
ħdejk fuq l-ilma.
”Ejja, qallu
Ġesù. Pietru niżel mid-dgħajsa, u
qabad jimxi fuq
l-ilma u jersaq lejn Ġesù. Iżda meta ra
li r-riħ kien
qawwi, baża’, ħabat jegħreq, u beda jgħajjat u jgħid: “Salvani, Mulej!
Malajr Ġesù medd idu u qabdu:
“Bniedem ta’ fidi żgħira, qallu,
“għaliex
iddubitajt?
Meta mbagħad
it-tnejn telgħu fid-dgħajsa, ir-riħ waqaf.
Dawk li
kienu fid-dgħajsa nxteħtu jqimuh u qalulu: “Tassew, int Bin Alla!
Il-Kelma tal-Mulej.