L-EWWEL QARI

Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija

Is 56, 1.6-7

Dan jgħid il-Mulej:

Żommu s-sewwa u agħmlu l-ġustizzja,

għax is-salvazzjoni tiegħi għoddha waslet,

u l-ġustizzja tiegħi dalwaqt tfeġġ.

Ulied il-frustier li ntrabtu mal-Mulej biex jaqduh,

u biex iħobbu isem il-Mulej,

u jkunu qaddejja tiegħu,

kull min iħares is-Sibt u ma jiksrux

u jżomm sħiħ fil-patt tiegħi,

lil dawn inwassalhom sal-muntanja mqaddsa tiegħi,

u nferraħhom f’dar it-talb tiegħi.

Il-vittmi maħruqa u s-sagrifiċċji tagħhom

ikunu jogħġbuni telgħin minn fuq l-artal tiegħi,

għax dari dar it-talb tissejjaħ għall-popli kollha.

Il-Kelma tal-Mulej.


SALM RESPONSORJALI                     

Salm 66

RIT:  Ifaħħruk il-popli kollha, o Alla

Iħenn għalina Alla, u jberikna;

idawwar għal fuqna d-dija ta’ wiċċu!

Biex jingħarfu fuq l-art triqatek,

fost il-ġnus kollha s-salvazzjoni tiegħek.

RIT.

 

Jithennew il-ġnus u jgħannu bil-ferħ,

għax trieġi l-popli bis-sewwa,

u l-ġnus fuq l-art inti tmexxihom.

RIT.

 

Ifaħħruk il-popli, o Alla,

ifaħħruk il-popli kollha.

Iberikna Alla, u tibżaminnu

l-art kollha minn tarf għall-ieħor!

RIT.

 

 


IT-TIENI QARI

Qari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lir-Rumani

Rum 11, 13-15.29-32

Ħuti, issa ngħid lilkom, il-pagani. Sakemm jiena appostlu

tal-pagani nibqanagħmel ġieħ lill-ministeru tiegħi, bit-tama li

nqajjem l-għira ta’ ġensi u hekk insalva lil xi wħud minnhom. Għax

jekk it-tkeċċija tagħhom ġiebet il-ħbiberija tad-dinja ma’ Alla, l-ilqugħ

tagħhom mill-ġdid xi jkun ifisser, jekk mhux ħajja mill-imwiet?

Alla ma jreġġax lura d-doni u s-sejħa tiegħu. Bħalma fl-imgħoddi

intom ma kontux tobdu lil Alla, imma issa sibtu l-ħniena tiegħu

minħabba d-diżubbidjenza tagħhom; hekk huma wkoll m’humiex

jobduh minħabba l-ħniena li sibtu intom mingħandu, ħalli issa huma

wkoll isibu l-ħniena.

Għax Alla ħalla ’l kulħadd fil-jasar tad-diżubbidjenza, biex jagħmel

ħniena ma’ kulħadd.

 

 

Il-Kelma tal-Mulej.



VERSETT
Hallelujah.
Halleluljah.
Ġesù dar il-Galilija kollha jgħallem fis-sinagogi tagħhom,

ixandar l-Evanġelju tas-Saltna u jfejjaq kull xorta ta’ mard u dgħufija fost il-poplu.

Hallelujah.

L-EVANĠELJU

Qari mill-Evanġelju skond San Mattew

Mt 15, 21-28

F’dak iż-żmien, Ġesù telaq lejn Tir u Sidon. U ħarġet waħda mara

Kangħanija minn dawk l-inħawi, u qabdet tgħajjat u tgħid: “Ħenn

għalija, Mulej, Bin David; binti għandha fiha xitan, u magħdura

ħafna! Iżda hu ma weġibhiex kelma. Resqu lejh id-dixxipli tiegħu,

jitolbuh u jgħidulu: “Eħles minnha, għax ġejja tgħajjat warajna.

Imma hu qalilhom: “Ma ġejtx mibgħut ħlief għan-nagħaġ li ntilfu

mid-dar ta’ Iżrael.

Iżda hi resqet, inxteħtet quddiemu u qaltlu: “Għinni Mulej! Hu

weġibha: “Mhux sewwa tieħu l-ħobż ta’ l-ulied u tixħtu lill-ġriewi.

Hekk hu, Mulejqaltluiżda l-ġriewi wkoll jieklu l-frak li jaqa

minn fuq il-mejda ta’ sidienhom!

Imbagħad wieġeb Ġesù u qalilha: “Mara, il-fidi tiegħek kbira! Ħa

jsirlek kif tixtieq. U minn dak il-ħin stess bintha fieqet.

 

Il-Kelma tal-Mulej.