L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb tal-Profeta Eżekjel
Eżek 33, 7-9
Dan jgħid il-Mulej:
”Lilek,
o bniedem, qegħedtek għassies ta’ dar Iżrael.
Meta tisma’
minn fommi xi kelma, għandek twiddibhom f’ismi.
Jekk jien ngħid
lill-midneb: “Int tmut żgur,” u int ma tkellmux u
ma twiddbux biex jitlaq triqtu,
hu, il-midneb, imut fi ħżunitu, imma
demmu nfittxu minn
idejk.
Imma jekk inti
twiddeb il-midneb dwar triqtu biex
jerġa’ lura
minnha u ma jerġax, hu jmut fi dnubu,
imma int tkun salvajt ħajtek.
Il-Kelma tal-Mulej.
Salm 94
RIT: Isimgħu leħen il-Mulej u la twebbsux qalbkom
Ejjew, ħa nfaħħru bl-hena l-Mulej,
ħa ngħajtu bil-ferħ lill-blata tas-salvazzjoni tagħna!
Nersqu quddiemu b’għana ta’ radd il-ħajr,
ngħannulu b’għajat ta’ ferħ.
RIT.
Ejjew inqimuh u ninxteħtu quddiemu,
għarkubbtejna quddiem il-Mulej
li ħalaqna!
Għaliex hu Alla
tagħna,
u aħna l-poplu tal-mergħa tiegħu u n-nagħaġ tiegħu.
RIT.
Mhux li kontu illum tisimgħu leħnu!
“La twebbsux qalbkom bħal f’Meriba,
bħal dakinhar f’Massa, fid-deżert,
meta ġarrbuni u ttantawni missirijietkom,
għalkemm raw dak li jien għamilt.
RIT.
IT-TIENI QARI
Qari mill-Ittra ta’ San Pawl
Appostlu lir-Rumani
Rum
13, 8-10
Ħuti, tkunu
obbligati lejn ħadd ħlief li tħobbu lil xulxin.
Kull min
iħobb ikun iħares
il-bqija tal-Liġi.
Għax il-kmandamenti: “La tagħmilx adulterju, la toqtolx, la tisraqx,
la tkunx rgħib,
u kull preċett ieħor, hu liema hu, kollha
jinġabru
f’kelma waħda: “Ħobb il-proxxmu tiegħek bħalek innifsek.
L-imħabba ma tagħmilx deni lill-proxxmu; mela l-imħabba hi
l-milja tal-Liġi.
Il-Kelma tal-Mulej.
VERSETT
Hallelujah. Halleluljah.
Alla kien li ħabbeb
il-ħolqien miegħu
nnifsu permezz ta’ Kristu,
u fdalna l-ministeru ta’ din il-ħbiberija.
Hallelujah.
L-EVANĠELJU
Qari mill-Evanġelju skont San Mattew
Mt 18,
15-20
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: ”Jekk ħuk
jaqa’ f’xi
dnub, mur sibu
waħdu u widdbu. Jekk jisma’ minnek,
tkun irbaħt
lura lil ħuk.
Jekk ma jismax, erġa’ mur
u ħu miegħek wieħed jew
tnejn oħra, biex kull ma jingħad
jissaħħaħ bil-kelma
ta’ żewġ xhieda
jew tlieta. Jekk
imbagħad anqas minnhom ma jkun irid jisma’, mur
għid lill-knisja. U jekk anqas mill-knisja ma jkun irid jisma’ żommu
b’wieħed pagan jew pubblikan.
Tassew ngħidilkom, li kull ma torbtu fuq l-art ikun marbut fis-sema,
u kull ma tħollu
fuq l-art ikun maħlul fis-sema.
Ngħidilkom ukoll li jekk tnejn minnkom
fuq l-art jgħollu
leħinhom flimkien biex jitolbu xi ħaġa, Missieri li hu fis-smewwiet,
jagħtihielhom. Għax fejn tnejn jew tlieta jkunu miġbura f’ismi
hemm inkun jien
f’nofshom.
Il-Kelma tal-Mulej.