L-EWWEL QARI

Qari mill-Ktieb ta’ Bin Sirak

Sir 27, 30 – 28, 7

Għadab u qilla, dawn ukoll ta’ min jistmerrhom,

u l-bniedem midneb mimli bihom.

Min ifittex jitħallas b’idejh, isib ħlasu mingħand il-Mulej,

li jifli sewwa dnubietu.

Aħfer il-proxxmu dnubietu,

u mbagħad titlob u dnubietek jinħafrulek.

Bniedem irawwem għadab għal ieħor,

u mbagħad se jfittex fejqan mingħand il-Mulej?

Minn bniedem bħalu m’għandux ħniena,

u mbagħad se jitlob għal dnubietu?

Jekk bniedem jibqamgħaddab,

min se jpattilu għal dnubietu?

Ftakar fl-aħħar ta’ ħajtek, u ieqaf mill-mibegħda;

ftakar fit-taħsir u l-mewt,

u oqgħod għall-kmandamenti.

Ftakar fil-kmandamenti u tobgħodx il-proxxmu;

ftakar fil-patt ta’ l-Għoli u agħlaq għajnejk għall-offiża.

Il-Kelma tal-Mulej.


SALM RESPONSORJALI                     

Salm 102

RIT: Ħanin u twajjeb il-Mulej

Bierek, ruħ tiegħi, il-Mulej!

B’qalbi kollha nbierek l-isem qaddis tiegħu.

Bierek, ruħ tiegħi, il-Mulej,

u la tinsiex il-ġid kollu li għamel miegħek.

RIT.

 

Hu jaħfer dnubietek kollha;

ifejjaq il-mard tiegħek kollu;

jifdi lil ħajtek mill-qabar;

iħaddnek bit-tjieba u l-ħniena.

RIT.

 

Ma joqgħodx jitlewwem magħna,

u anqas jinkoRITa għal dejjem.

Ma mexiex magħna skond ma ħaqqhom ħtijietna;

ma ħallasniex skond ma ħaqqha ħżunitna.

RIT.

 

Daqskemm huma s-smewwietil fuq mill-art,

hekk hi kbira tjubitu ma’ min jibżaminnu;

daqs kemm hu mbiegħed il-Lvant mill-Punent,

hekk hu jbiegħed minna ħtijietna.

RIT.


IT-TIENI QARI

Qari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lir-Rumani

Rum 14, 7-9

Ħuti, ħadd minna ma jgħix għalih innifsu, u ħadd ma jmut għalih

innifsu. Jekk ngħixu, ngħixu għall-Mulej; jekk immutu, immutu

għall-Mulej. Sew jekk ngħixu, mela, sew jekk immutu, aħna tal-

Mulej. Kristu għalhekk miet u rxoxta, biex ikun Sid kemm tal-ħajjin

u kemm tal-mejtin.

 

Il-Kelma tal-Mulej.



VERSETT
Hallelujah.
Halleluljah.
Nagħtikom kmandament ġdid, jgħid il-Mulej;

li tħobbu lil xulxin bħalma ħabbejtkom jien.

Hallelujah.

L-EVANĠELJU

Qari mill-Evanġelju skont San Mattew

Mt 18, 21-35

F’dak iż-żmien, Pietru resaq lejn Ġesù u qallu: “Mulej, xi kemm-il

darba jrid jonqosni ħija biex jiena naħfirlu? Sa sebadarbiet? Wieġbu

Ġesù: ”Ma ngħidlekx sa sebadarbiet, imma sa sebgħa u sebgħin

darba. Għalhekk is-Saltna tas-Smewwiet nistgħu nxebbhuha ma’

wieħed sultan, li ried jagħmel il-kontijiet mal-qaddejja tiegħu. Kif

beda jagħmel dan, ħadulu quddiemu wieħed li kellu jagħtih għaxart

elef talent. Billi ma kellux minn fejn irroddhomlu, is-sinjur ordna li

jinbiegħu hu, martu, uliedu u kull ma kellu, ħalli b’hekk jitħallas

id-dejn. Imma l-qaddej inxteħet quddiemu jitolbu u jgħidlu: “Sinjur,

stabar ftit bija, kollox irroddlok.” Is-sinjur ġietu ħasra minn dak

il-qaddej, bagħtu u ħafirlu dejnu.

Mela dak il-qaddej joħroġ, u jiltaqa’ ma’ wieħed minn sħabu, li

kellu jagħtih mitt dinar; qabdu minn għonqu u beda jagħfsu. “Ħallas

dejnek,” qallu. Il-qaddej sieħbu nxteħet quddiemu jitolbu bil-ħniena

u jgħidlu: “Stabar ftit bija u rroddlok.” Imma dak ma riedx jaf, mar

u xeħtu l-ħabs sa ma jrodd kull ma kellu jagħtih.

Sħabu l-qaddejja raw il-ġrajja kollha u sewdu qalbhom ħafna; marru

għand is-sinjur tagħhom u tarrfulu kull ma kien ġara. Imbagħad

is-sinjur bagħat għalih u qallu: “Ja qaddej ħażin, meta jiena ħfirtlek

dak id-dejn kollu wara li tlabtni bil-ħniena, ma kienx imissek int

ukoll tħenn għal sieħbek kif ħennejt jien għalik?” U saħan bl-aħrax

is-sinjur għalih, u tah f’idejn min jaħqru sa ma jrodd kull ma kellu

jagħti. Hekk jagħmel lilkom Missieri li hu fis-Smewwiet jekk ma

taħfrux lil xulxin minn qalbkom.

 

Il-Kelma tal-Mulej.