L-EWWEL QARI

Qari mill-Ktieb tal-Profeta Eżekjel

Eżek 18, 25-28

Dan jgħid il-Mulej:

Intom tgħidu: “M’hijiex sewwa l-imġiba tal-Mulej!” Issa isimgħu,

dar Iżrael: Forsi l-imġiba tiegħi m’hijiex sewwa? Mhux l-imġiba

tagħkom li m’hijiex sewwa?

Jekk wieħed ġust jitbiegħed mill-ġustizzja tiegħu u jagħmel

il-ħażen, u jmut minħabba dan, minħabba ħżunitu jkun miet.

Imma jekk il-midneb jerġalura mid-dnub li jkun għamel, u jagħmel

il-ħaqq u l-ġustizzja, hu jsalva ruħu. Għax ikun intebaħ u reġalura

mid-dnubiet kollha li jkun għamel, u jibqaħaj u ma jmutx.

Il-Kelma tal-Mulej.


SALM RESPONSORJALI                     

Salm 24

RIT: Ftakar fil-ħniena u t-tjieba tiegħek, Mulej

Triqatek, Mulej, għarrafni,

il-mogħdijiet tiegħek għallimni.

Mexxini fis-sewwa tiegħek u għallimni,

għax int Alla tas-salvazzjoni tiegħi.

Għalik nixxennaq il-jum kollu.

RIT.

 

Ftakar fil-ħniena u fit-tjieba tiegħek,

għax huma minn dejjem, Mulej.

Tiftakarx fil-ħtijiet u fid-dnubiet ta’ żgħożiti:

inti tajjeb, Mulej;

ftakar fija skond it-tjieba tiegħek.

RIT.

 

Tajjeb u sewwa l-Mulej;

għalhekk juri triqtu lill-ħatja.

Imexxi l-imsejkna fis-sewwa,

jgħallem lill-fqajrin it-triq tiegħu.

RIT.


IT-TIENI QARI

Qari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Filippin

Fil 2, 1-11

Ħuti, jekk hemm fikom xi faraġ fi Kristu; jekk hemm xi kelma ta’

ħlewwa fl-imħabba; jekk hemm xi xirka fl-Ispirtu; jekk hemm xi

ħniena u mogħdrija; kunu fehma waħda u mlewni bil-ferħ! Ħa

jkollkom l-istess imħabba, u ruħ waħda u ħsieb wieħed.

Tagħmlu xejn b’pika ta’ partit, anqas għall-ftaħir fieragħ; imma

kunu umli u kull wieħed minnkom iqis lill-ieħor aħjar minnu. Ħadd

minnkom ma għandu jfittex li jaqbillu, imma li jaqbel lil ħaddieħor.

Aħsbu bħalma kien jaħseb Kristu Ġesù:

hu li għad li kellu n-natura ta’ Alla,

ma qagħadx ifittex tiegħu li hu daqs Alla,

iżda xejjen lilu nnifsu billi ħa n-natura ta’ lsir;

sar jixbah lill-bnedmin, u deher minn barra bħala bniedem;

ċekken lilu nnifsu, billi obda sal-mewt,

anzi sal-mewt tas-salib.

Għalhekk Alla għollieh sas-smewwiet u

żejnu bl-isem li hu fuq kull isem,

biex fl-isem ta’ Ġesù

- fis-sema, fl-art u f’qiegħ l-art -

il-ħlejjaq kollha jinżlu għarkubbtejhom,

u kull ilsien jistqarr:

Ġesù Kristu hu l-Mulej,

għall-glorja ta’ Alla l-Missier.

Il-Kelma tal-Mulej.



VERSETT
Hallelujah.
Halleluljah.
In-nagħaġ tiegħi jisimgħu leħni,

u jiena nagħrafhom, u huma jimxu warajja.

Hallelujah.

L-EVANĠELJU

Qari mill-Evanġelju skont San Mattew

Mt 21, 28-32

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lill-qassisin il-kbar u lix-xjuħ tal-poplu:

Intom x’jidhrilkom? Kien hemm raġel li kellu żewġ ulied. Resaq

fuq il-kbir u qallu: “Ibni, illum mur aħdem l-għalqa tad-dwieli.”

U dak qallu: “Ma rridx.” Iżda mbagħad biddel il-fehma u mar.

Resaq fuq l-ieħor u qallu l-istess.Arani sejjer, sidi,” qallu dan,

u ma mar xejn. Min minnhom it-tnejn għamel kif ried il-missier?

“L-ewwel wieħed, weġbuh. U qalilhom Ġesù: “Tassew,

ngħidilkom, li l-pubblikani u n-nisa tat-triq deħlin qabilkom

fis-Saltna ta’ Alla. Għax Ġwanni ġie għandkom miexi fit-triq

tal-ġustizzja, u intom ma emmintuhx iżda l-pubblikani u n-nisa

tat-triq emmnuh; u għalkemm intom rajtu dan kollu, bqajtu sa la

ħħar ma biddiltux il-fehma tagħkom, u ma emmintuhx.

 

Il-Kelma tal-Mulej.