L-EWWEL QARI
Qari
mill-Ktieb tal-Profeta Isaija
Is 61, 1-2a.10-11
L-ispirtu ta’ Sidi
l-Mulej fuqi, għax il-Mulej ikkonsagrani,
biex inwassal il-bxara t-tajba lill-fqajrin, bagħatni ndewwi l-qalb miksura;
biex inħabbar il-ħelsien lill-imjassrin, u lill-ħabsin
il-ftuħ tal-ħabs;
biex inniedi s-sena tal-grazzja tal-Mulej.
Nifraħ fuq li nifraħ
bil-Mulej, taqbeż bil-ferħ ruħi b’Alla tiegħi.
Għax hu libbisni bi lbies is-salvazzjoni, bil-mantar tal-ġustizzja għattieni,
bħal għarus imżejjen b’kuruna,
bħal għarusa tlellex bil-ġawhar tagħha.
Bħalma
l-art tnibbet,
bħalma l-ġnien inibbet il-miżrugħ fih,
hekk il-Mulej inibbet il-ġustizzja u l-foħrija,
quddiem kollha kemm huma l-ġnus.
Il-Kelma tal-Mulej.
SALM
RESPONSORJALI
RIT: Taqbeż bil-ferħ
ruħi b’Alla tiegħi
Ruħi tfaħħar il-kobor tal-Mulej,
u l-ispirtu
tiegħi jifraħ f’Alla s-Salvatur tiegħi,
għax hu xeħet għajnejh
fuq iċ-ċokon tal-qaddejja tiegħu.
Iva, minn issa ’l quddiem kull nisel isejjaħli
hienja.
Rit…
Għax is-Setgħani għamel miegħi ħwejjeġ kbar;
qaddis hu l-isem tiegħu.
Il-ħniena tiegħu tinfirex f’kull żmien fuq dawk li jibżgħu
minnu.
Rit…
Mela b’kull
ġid lil min hu bil-ġuħ, u l-għonja bagħathom ’il barra
b’xejn.
Ħa ħsieb Iżrael qaddej tiegħu, għax ftakar fil-ħniena tiegħu.
Rit…
IT-TIENI QARI
Qari mill-Ewwel Ittra ta’ San Pawl Appostlu lit-Tessalonkin
1
Tess 5, 16-24
Ħuti, ifirħu dejjem,
itolbu bla heda, iżżu ħajr lil Alla
f’kollox. Dan hu
li jrid Alla mingħandkom fi Kristu Ġesů.
Ixxekklux l-Ispirtu, tmaqdrux
il-profezija. Ippruvaw kollox: it-tajjeb żommuh, u, fuq kollox, warrbu kull xorta ta’ ħażen.
U Alla tas-sliem
iqaddiskom f’kollox, u jżommkom sħaħ bla mittiefsa fl-ispirtu,
fir-ruħ u fil-ġisem,
sa ma jiġi
Sidna Ġesů Kristu. Fidil hu Alla li sejħilkom, u huwa jagħmel dan.
Il-Kelma tal-Mulej.
VERSETT
Hallelujah. Halleluljah.
L-Ispirtu ta’ Sidi l-Mulej fuqi: biex
inwassal il-bxara t-tajba lill-fqajrin.
Hallelujah.
L-EVANĠELJU
Qari
mill-Evanġelju skont
San Ġwann
Ġw 1,
6-8.19-28
Kien hemm
raġel mibgħut minn Alla,
jismu Ġwanni. Dan ġie bħala xhud, biex jixhed għad-dawl,
biex bih kulħadd jemmen.Ġwanni
ma kienx id-dawl, imma ġie biex
jixhed għad-dawl.
Ix-xhieda ta’ Ġwanni kienet din, meta l-Lhud ta’ Ġerusalemm bagħtu għandu xi qassisin u Leviti biex jistaqsuh: “Int min int?”
Hu stqarr bla
ma ċaħad: “Jien m’iniex il-Messija.” Huma reġgħu staqsewh: “Mela min int? Elija?” “M’iniex,” qalilhom. “Int
il-Profeta?” “Le,” weġibhom. Imbagħad
qalulu: “Mela min int? Biex nagħtu tweġiba
lil dawk li bagħtuna. Min tgħid li int?” U hu wieġeb kif qal il-profeta
Isaija: “Jiena l-leħen ta’ wieħed jgħajjat fid-deżert: Wittu t-triq tal-Mulej.”
Issa dawk il-messaġġiera
kienu min-naħa tal-Fariżej. Huma
staqsewh: “Mela kif qiegħed tgħammed la m’intix il-Messija, u la Elija u lanqas il-Profeta?” ”Jiena ngħammed bl-ilma,” weġibhom Ġwanni, “imma f’nofskom hemm wieħed li intom ma tafuhx, u li ġej warajja; jien anqas ma jistħoqqli
nħoll il-qafla tal-qorq tiegħu.”
Dan ġara f’Betanja, in-naħa l-oħra tal-Ġordan, fejn Ġwanni kien jgħammed.
Il-Kelma tal-Mulej.