L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb
ta’ l-Eżodu
Eż 3:1-8a,13-15
F’dak iż-żmien, Mosè kien jirgħa
l-merħla ta’ ħatnu
Ġetru, qassis ta’ Midjan,
u ħa l-merħla ’l hemm fid-deżert, u wasal sa ħdejn
Ħoreb, il-muntanja ta’
Alla.
Hawn deherlu l-anġlu tal-Mulej f’ħuġġieġa
nar qalb l-għollieq. Mosè ħares u ra l-għollieq jaqbad bin-nar bla ma jintemm.
Mosè qal: “Ħa nersaq u nara din id-deħra
tal-għageb: għala
mħux jinħaraq l-għollieq?” Il-Mulej raħ riesaq biex jara, u Alla
sejjaħlu minn
qalb l-għollieq u qallu: “Mosè, Mosè!”
U Mosè wieġeb: “Hawn jien!” U l-Mulej qallu: “La tersaqx ’l hawn. Neħħi l-qorq minn riġlejk, għax il-post li inti fuqu hu art qaddisa.”
U ssokta jgħidlu: “Jien hu Alla
ta’ missirijietek: Alla ta’
Abraham, Alla ta’ Iżakk
u Alla ta’ Ġakobb.” Mosè għatta wiċċu, għax beża’ jħares lejn Alla. U l-Mulej qallu: “Jien ħarist
u rajt it-tbatija tal-poplu tiegħi fl-Eġittu. U jien
smajt il-karba tagħħom minħabba fl-argużini tagħhom u għaraft l-uġigħ tagħhom. Issa nżilt biex
neħlishom minn idejn l-Eġizzjani u biex intellagħhom minn dik l-art u neħodhom f’art tajba u wiesgħa, f’art tnixxi ħalib
u għasel.”
Mosè rega’ wiegeb: “Ara, jiena
mmur għand ulied Israel u ngħidilhom:
"Alla ta’ missirijietkom
bagħatni għandkom."
Huma jistaqsuni: "X’jismu?" Jiena xi ngħidilhom?”
Alla wieġbu: “Jien li Jien.” U kompla jgħidlu: “Hekk għidilhom lil ulied
Israel: JIENA-ĦU bagħatni għandkom.” U Alla kompla jgħidlu: “Ħekk għandek tgħidilhom lil ulied
Israel: “Jaħweħ, Alla ta’ missirijietkom,
Alla ta’ Abraħam, Alla ta’ Iżakk, Alla ta’ Ġakobb, bagħatni għandkom.” Dan ikun ismi għal dejjem u dan l-isem ifakkarkom
fija minn nisel għal nisel.”
Il-Kelma tal-Mulej.
SALM
RESPONSORJALI
Salm 102
Rit: Ħanin u
twajjeb il-Mulej!
Bierek, ruħ tiegħi,
il-Mulej!
B’qalbi kollha nbierek l-isem qaddis tiegħu.
Bierek, ruħ tiegħi, il-Mulej,
u la tinsiex il-ġid kollu li għamel
miegħek.
Rit…
Ħu li jaħfer dnubietek kollha;
ifejjaq il-mard tiegħek kollu;
jifdi lil ħajtek mill-qabar;
iħaddnek bit-tjieba u
l-ħniena.
Rit…
Il-Mulej jagħmel
is-sewwa,
u l-ħaqq mal-maħqurin
kollha.
Hu għarraf lil Mosè l-ħsieb
tiegħu,
l-għemejjel tiegħu
lil ulied Israel.
Rit…
Ħanin u twajjeb il-Mulej,
idum ma jagħdab u kollu mogħdrija.
Daqskemm huma s-smewwiet ’il
fuq mill-art,
hekk hi kbira tjubitu
ma’ min jibża’ minnu.
Rit…
IT-TIENI QARI
Qari mill-Ewwel Ittra ta’ San Pawl
Appostlu lill-Korintin
1 Kor 10:1-6.10-12
Ma rridkomx ma tkunux tafu, ħuti,
li missirijietna lkoll kienu taħt is-sħaba, ilkoll qasmu l-baħar, ilkoll kienu mgħammda
f’Mosè fis-sħaba u fil-baħar, ilkoll kielu mill-istess ikel spiritwali - xorbu tassew mill-blata spiritwali li kienet timxi magħhom, u din il-blata kienet Kristu - madankollu l-biċċa l-kbira minnhom lil Alla
ma għogbuħx għax
ilkoll waqgħu mejta fid-deżert.
Dan ġara b’eżempju għalina, biex ma nixxennqux għal ħwejjeġ ħżiena,
bħalma xxennqu huma.
Anqas ma għandkom
tgergru, kif għamlu xi wħud minnħom, u qeridhom il-Qerried. Dan kollu gralhom b’eżempju, u nkiteb bi twiddiba għalina li fuqna wasal tmiem
iż-żminijiet. Min jidhirlu li hu
wieqaf, joqgħod attent li ma jaqax.
Il-Kelma tal-Mulej.
VERSETT
Glorja u tifħir lilek, Kristu!
Indmu, igħid il-Mulej, għax qorbot is-Saltna tas-Smewwiet.
Glorja u tifħir lilek, Kristu!
L-EVANĠELJU
Qari mill-Evangelju skont San
Luqa
Lq 13. 1-9
F’dak iż-żmien, ġew xi wħud għand Ġesù u qalulu b’dawk il-Galilin
li Pilatu kien ħallat demmhom mad-demm tal-vittmi tas-sagrifiċċji tagħhom. U Ġesù qabad u qalilhom: “Taħsbu intom li dawn il-Galilin kienu iżjed midinbin mill-Galilin l-oħra biex sofrew dan
kollu? Le, ngħidilkom;
imma jekk ma tindmux, ilkoll tintilfu bħalhom. Jew dawk it-tmintax-il ruħ li fuqhom waqa’ t-torri ta’ Silwam
u qatilhom, taħsbu intom li kienu iżjed ħatja min-nies l-oħra ta’ Ġerusalemm? Le, ngħidilkom; imma
jekk ma tindmux, ilkoll tintilfu xorta waħda.”
U qalilhom din il-parabbola: “Wieħed kellu siġra tat-tin imħawla fl-għalqa. Mar ifittex il-frott fiha,
u ma sabx. Għalhekk qal lil dak
li kien jaħdimlu l-għalqa: “Ara, ili tliet
snin nigi nfittex il-frott f’din is-sigra tat-tin, u qatt ma sibtilha.
Mela aqlagħha!
Għax għalfejn sa tibqa’ tkidd l-art?” Iżda
dak wiegbu: “Inti ħalliha, sinjur, għal din is-sena, sa ma nagħżqilha madwarha u nagħtiha
d-demel. Id-dieħla
għandha mnejn tagħmel
il-frott; jekk le, aqlagħha.”
Malli nstama’ l-leħen
Ġesù sab ruħu waħdu. Huma żammew is-skiet, u għal dawk il-jiem ma qalu xejn lil ħadd
minn dak li kienu raw.
Il-Kelma tal-Mulej.