L-EWWEL QARI

Qari mill-Ktieb ta’ l-Eżodu

17, 3-7

F’dak iż-żmien, il-poplu qabdu l-għatx, u gemgem kontra Mosè u

qal: “Għalfejn tellajtna hawn mill-Eġittu biex toqtol lilna, lil uliedna

u lill-bhejjem tagħna bil-għatx?

Mosè għajjat quddiem il-Mulej u qal: “X’se nagħmel lil dan

il-poplu? Ftit ieħor u jħaġġruni.

Il-Mulej qal lil Mosè: “Għaddi minn quddiem il-poplu, u ħu

miegħek xi wħud mix-xjuħ ta’ Iżrael. Ħu f’idejk il-ħatar li bih

kont drabt ix-xmara tan-Nil, u mur. Arani, jien noqgħod hemm

quddiemek, fuq il-blat f’Ħoreb; u int aħbat il-blat u toħroġ minnu

l-ilma, u jixrob il-poplu.

U Mosè għamel hekk quddiem ix-xjuħ ta’ Iżrael. U l-post semmewh

Massa u Meriba, għax hemm tlewmu wlied Iżrael u ġarrbu

lill-Mulej meta qalu: “Il-Mulej fostna jew le?

Il-Kelma tal-Mulej.


SALM RESPONSORJALI                     

Salm 94

RIT: Illum jekk tisimgħu leħen il-Mulej, la twebbsux qalbkom

Ejjew, ħa nfaħħru bl-hena lill-Mulej,

ħa ngħajtu bil-ferħ lill-blata tas-salvazzjoni tagħna!

Nersqu quddiemu b’għana ta’ radd il-ħajr,

ngħannulu b’għajat ta’ ferħ.

RIT…

 

Ejjew inqimuh u ninxteħtu quddiemu,

għarkubbtejna quddiem il-Mulej li ħalaqna!

Għaliex hu Alla tagħna,

u aħna l-poplu tal-mergħa tiegħu u n-nagħaġ tiegħu.

RIT…

 

Mhux li kontu llum tisimgħu leħnu!

”La twebbsux qalbkom bħal f’Meriba,

bħal dakinhar f’Massa, fid-deżert,

meta ġarrbuni u ttantawni missirijietkom,

għalkemm raw dak li jien għamilt.

RIT…


IT-TIENI QARI

 

Qari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lir-Rumani

Rum 5, 1-2.5-8

Ħuti, issa li aħna ġġustifikati bil-fidi, għandna s-sliem ma’ Alla

permezz ta’ Sidna Ġesù Kristu; permezz tiegħu għandna d-dħul

bil-fidi għal din il-grazzja li fiha qegħdin. Aħna niftaħru bit-tama li

għandna li għad niksbu l-glorja ta’ Alla.

U din it-tama ma tqarraqx bina, għax l-imħabba ta’ Alla ssawbet fi

qlubna permezz ta’ l-Ispirtu s-Santu li kien mogħti lilna.

Mela, meta aħna konna bla saħħa, Kristu, meta wasal iż-żmien,

miet għall-ħżiena. Bilkemm wieħed imut għal wieħed tajjeb, għad li

wieħed għandu mnejn jagħmel il-qalb u jmut għal wieħed ġeneruż.

Iżda Alla wriena l-imħabba tiegħu meta Kristu miet għalina, aħna li

konna għadna midinbin.

 

Il-Kelma tal-Mulej.


VERSETT
Glorja u tifħir lilek, Kristu

Mulej, inti tassew is-Salvatur tad-dinja:

agħtini l-ilma tal-ħajja, biex ma jaqbadnix l-għatx.

Glorja u tifħir lilek, Kristu


L-EVANĠELJU

Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann

Ġw 4, 5-42

F’dak iż-żmien, Ġesù ġie f’belt tas-Samarija, jisimha Sikar, qrib

il-biċċa art li Ġakobb kien ta lil ibnu Ġużeppi, fejn kien hemm ukoll

il-bir ta’ Ġakobb. Kien għall-ħabta tas-sitt siegħa, u Ġesù, għajjien kif

kien mill-mixi, qagħad bilqiegħda ħdejn il-bir. U ġiet mara

mis-Samarija timla l-ilma. Ġesù qalilha:”Agħtini nixrob. Id-dixxipli

tiegħu kienu marru l-belt jixtru x’jieklu. Il-mara mis-Samarija qaltlu:

Kif! Inti Lhudi u titlob lili, Samaritana, biex nagħtik tixrob? Qaltlu

hekk għax il-Lhud ma jitħalltux mas-Samaritani.

Ġesù weġibha: “Kieku kont taf id-don ta’ Alla u min hu dak li

qiegħed jgħidlek: “Agħtini nixrob,” kieku int kont titolbu, u hu kien

jagħtik ilma ħaj. Qaltlu l-mara: “Sinjur, mnejn se ġġib l-ilma ħaj

jekk anqas biex timla ma għandek u l-bir huwa fond? Jaqaw int

aqwa minn missierna Ġakobb li tana dan il-bir, li minnu xorob hu u

wliedu u l-imrieħel tiegħu?

Weġibha Ġesù: “Kull min jixrob minn dan l-ilma jerġajagħtih

l-għatx; imma min jixrob mill-ilma li nagħtih jien qatt iżjed ma jkun

bil-għatx. L-ilma li nagħtih jien isir fih għajn ta’ l-ilma li jwassal

sal-ħajja ta’ dejjem. Qaltlu l-mara: “Agħtini dan l-ilma, Sinjur, biex

ma jaqbadnix l-għatx, u anqas ma noqgħod ġejja u sejra hawn nimla

l-ilma. Qalilha Ġesù: “Mur sejjaħ lil żewġek u erġaejja hawn.

Weġbitu l-mara: “Ma għandix żewġi. Qalilha Ġesù: “Sewwa għedt:

“Ma għandix żewġi.” Inti żżewwiġt ħames darbiet, u r-raġel li

għandek miegħek bħalissa m’huwiex żewġek. Sewwa weġibt!

Qaltlu l-mara: “Int profeta, Sinjur, milli qiegħda nara. Missirijietna

kienu jaduraw lil Alla fuq din il-muntanja; imma intom tgħidu li

l-post fejn wieħed għandu jadura lil Alla jinsab f’Ġerusalemm.

Qalilha Ġesù: “Emminni, mara, jiġi żmien meta mhux fuq din

il-muntanja taduraw lill-Missier, anqas f’Ġerusalemm. Intom

taduraw lil dak li ma tafux; aħna naduraw lil dak li nafu, għax

is-salvazzjoni ġejja mil-Lhud. Imma tiġi siegħa, anzi issa hi, meta

dawk li tassew jaduraw jibdew jaduraw lill-Missier fl-ispirtu u

fil-verità. Għax il-Missier ukoll, nies bħal dawn ifittex li jadurawh.

Alla huwa spirtu, u dawk li jadurawh għandhom jadurawh

fl-ispirtu u fil-verità. Qaltlu l-mara: “Jiena naf li ġej il-Messija

dak li jgħidulu Kristu. Meta jiġi hu, kollox iħabbrilna. Qalilha

Ġesù: “Jiena hu, li qiegħed nitkellem miegħek.

Fil-ħin ġew id-dixxipli tiegħu, u stagħġbu jarawh jitkellem ma’

mara; iżda ħadd minnhom ma staqsieh: “Xi trid? jew: “Għax

qiegħed titkellem magħha? Il-mara ħalliet il-ġarra hemmhekk,

reġgħet daħlet il-belt u qalet lin-nies: ”Ejjew araw bniedem li qalli

kull ma għamilt. Tgħid, dan il-Messija? U n-nies ħarġu mill-belt u

ġew ħdejh.

Sadattant id-dixxipli bdew jitolbuh u jgħidulu: “Rabbi, kul! Iżda

hu qalilhom: “Jien għandi ikel x’niekol li intom ma tafux bih.

Id-dixxipli għalhekk bdew jistaqsu lil xulxin: “Jaqaw ġie xi ħadd

u ġieblu x’jiekol? Qalilhom Ġesù: “L-ikel tiegħi hu li nagħmel

ir-rieda ta’ min bagħatni u li nwassal fit-tmiem l-opra tiegħu.

Intom ma tgħidux li baqaerbaxhur oħra għall-ħsad? Imma araw

x’ngħidilkom jien: erfgħu għajnejkom u ħarsu ftit kif l-għelieqi

bjadu għall-ħsad! Ġa l-ħassad qiegħed jieħu ħlasu u jiġbor il-frott

għall-ħajja ta’ dejjem, biex min jiżrajifraħ hu wkoll bħal min jaħsad.

F’dan taraw kemm sewwa jingħad li wieħed jiżra’ u l-ieħor jaħsad.

Jiena bgħattkom taħsdu dak li ma tħabattux għalih intom; kienu

oħrajn li tħabtu, u intom dħaltu flokhom biex tgawdu l-frott

tat-taħbit tagħhom.

Kien hemm ħafna Samaritani minn dik il-belt li emmnu f’Ġesù

fuq ix-xhieda li tathom dik il-mara meta qaltilhom: “Qalli kull ma

għamilt, tant, li meta s-Samaritani ġew ħdejh, bdew jitolbuh

biex jibqamagħhom, u hu qagħad hemm jumejn. Imbagħad

ħafna oħrajn emmnu minħabba kliemu, u lill-mara qalulha: “Issa

mhux għax għedtilna int qegħdin nemmnu, imma għax aħna wkoll

smajnieh, u sirna nafu li dan tassew hu s-salvatur tad-dinja.

Il-Kelma tal-Mulej.