L-EWWEL QARI

Qari mill-Ktieb tal-Profeta Mikea

Mikea 5, 1-4a

 

Dan jgħid il-Mulej:

Int, Betlehem ta’ Efrata, ċkejkna fost il-familji ta’ Ġuda, minnek għad joħroġli

dak li jkun prinċep f’Iżrael; hu għandu l-bidu tiegħu mill-qedem, sa minn  dejjem ta’ dejjem.

 

Għalhekk il-Mulej jitlaqhom sa meta teħles dik li hi fl-uġigħ tal-ħlas; imbagħad il-bqija ta’ ħutu jerġgħu lura fost ulied Iżrael. U hu joqgħod jirgħa l-merħla tiegħu

bil-qawwa tal-Mulej, bil-glorja ta’ isem il-Mulej, Alla tiegħu.

 

U huma jgħammru fiż-żgur, għax issa tkun kbira setgħetu, sa trufijiet l-art.

U dan ikun is-sliem!”

 

Il-Kelma tal-Mulej.


SALM RESPONSORJALI                     

Salm 79

 

RIT: Mulej, itfafuqna d-dija ta’ wiċċek, u nkunu salvi

 

O Ragħaj ta’ Iżrael, agħti widen,

int li qiegħed fuq il-kerubini, iddi.

Qajjem il-qawwa tiegħek, u ejja ħa ssalvana.

Rit                                                                                      

 

Erġaejja, Alla tal-eżerċti;

ħares mis-sema, u ara, u żuril din id-dielja.

Ħu ħsieb dak li ħawlet lemintek, ir-rimja li int kabbart għalik. 

Rit                                       

 

Ħa tkun idek fuq il-bniedem ta’ lemintek, fuq il-bniedem li int saħħaħt għalik.

Aħna ma nitbegħdux minnek; roddilna l-ħajja, u aħna nsejħu ismek.

Rit

 

 

IT-TIENI QARI

Qari mill-Ittra lil-Lhud

Lhud 10, 5-10

 

Ħuti, Kristu meta daħal fid-dinja qal:

Sagrifiċċju u offerta int ma ridtx, imma ġisem int ħejjejt għalija;

vittmi maħruqa u vittmi għad-dnubiet lilek ma għoġbukx.

Jien imbagħad għedt: “Hawn jien, ġejt biex nagħmel ir-rieda tiegħek, O Alla,

kif fil-ktieb hemm miktub fuqi.”

 

L-ewwel qal: “Sagrifiċċji u offerti, vittmi maħruqa u vittmi għad-dnubiet, la ridthom u lanqas għoġbuk”, għalkemm dawn titlobhom il-Liġi. Imbagħad qal: “Hawn jien, ġejt biex nagħmel ir-rieda tiegħek”. B’hekk Alla neħħa s-sagrifiċċji tal-ewwel biex iqiegħed flokhom tat-tieni.  Bis-saħħa ta’ din ir-rieda aħna konna mqaddsin, permezz tal-offerta tal-ġisem ta’ Ġesù Kristu magħmula darba għal dejjem.

 

 

Il-Kelma tal-Mulej.


VERSETT
Hallelujah.
Halleluljah.
Ara, jiena l-qaddejja tal-Mulej:
ħa jsir minni skont kelmtek!

Hallelujah.

L-EVANĠELJU

Qari mill-Evanġelju skont San Luqa

Lq 1, 39-45

 

F’dawk il-ġranet Marija qamet u marret tħaffef lejn l-għoljiet, f’belt tal-Lhudija.

 

Daħlet għand Żakkarija u sellmet lil Eliżabetta. Malli Eliżabetta semgħet lil Marija ssellmilha, it-tarbija qabżet fil-ġuf tagħha u Eliżabetta mtliet bl-Ispirtu s-Santu; u nfexxet f’għajta kbira u qalet:

Imbierka inti fost in-nisa, u mbierek il-frott tal-ġuf tiegħek! U minn fejn ġieni dan li omm il-Mulej tiegħi tiġi għandi?  Għax ara, malli smajt f’widnejja leħen it-tislima tiegħek, it-tarbija li għandi fil-ġuf qabżet bil-ferħ. Iva, hienja dik li emmnet li jseħħ  kulma bagħat jgħidilha l-Mulej.”

 

 

Il-Kelma tal-Mulej.