L-EWWEL QARI
Qari mill-Ktieb ta’ l-Atti ta’ l-Appostli
Atti 6, 1-7
F’dawk il-jiem l-għadd tad-dixxipli kien qiegħed jiżdied; għalhekk
sar xi tgergir mil-Lhud Griegi kontra
l-Lhud, għax dehrilhom li
ma kienx hemm
min jieħu ħsieb ir-romol tagħhom fil-ministeru ta’
kuljum.
Għalhekk it-Tnax sejħu
l-ġemgħa tad-dixxipli
u qalulhom: “Mhux
sewwa li aħna nħallu l-kelma ta’ Alla biex naqdu
fl-imwejjed. Mela,
l-aħwa, ħudu ħsieb u agħżlu minn fostkom sebat
irġiel li għandhom
isem tajjeb u li huma mimlijin bl-Ispirtu
u bl-għerf, u nħallu
din
il-ħidma f’idejhom. U aħna nagħtu ruħna għat-talb u
għall-ministeru tal-Kelma.
Dan il-kliem għoġob lill-ġemgħa
kollha; u għażlu lil Stiefnu,
bniedem mimli bil-fidi
u bl-Ispirtu s-Santu, lil Filippu, lil
Prokoru, lil
Nikanor, lil Timon,
lil Parmena, u lil Nikola, prosèlita minn Antijokja.
Lil dawn ressquhom quddiem l-appostli, li talbu u qiegħdu idejhom
fuqhom.
U l-kelma ta’ Alla kienet tixtered
dejjem aktar; l-għadd tad-dixxipli
kien jiżdied ħafna f’Ġerusalemm, u kotra kbira ta’ qassisin kienu
joqogħdu għall-fidi.
Il-Kelma tal-Mulej.
SALM
RESPONSORJALI
Salm 32
RIT: Ħa tkun, Mulej, it-tjieba tiegħek fuqna,
kif fik hi
t-tama tagħna
Għannu, ġusti, bil-ferħ lill-Mulej;
jixirqilhom ifaħħruh in-nies sewwa.
Faħħru l-Mulej bid-daqq taċ-ċetra;
għannulu fuq l-arpa
b’għaxar kordi.
RIT
.
Għax sewwa hi l-kelma tal-Mulej,
kollox bil-fedeltà huwa għamel.
Hu jħobb id-dritt u s-sewwa;
bit-tjieba tal-Mulej mimlija l-art.
RIT
.
Ara, għajnejn il-Mulej fuq dawk
li jibżgħu minnu,
fuq dawk li jittamaw
fit-tjieba tiegħu,
biex jeħilsilhom mill-mewt ħajjithom,
u jaħjihom fi żmien il-ġuħ.
RIT
.
IT-TIENI QARI
Qari mill-Ewwel Ittra ta’ San Pietru Appostlu
1 Piet 2,
4-9
Għeżież, ersqu lejn
il-Mulej, li hu dik il-ġebla ħajja li kienet
imwarrba mill-bennejja, imma magħżula minn Alla bħala
ġebla
għażiża. U intom ukoll, bħal ġebel ħaj, inbnew f’dar spiritwali,
saċerdozju qaddis, biex
toffru sagrifiċċji
spiritwali li jogħġbu
lil Alla
permezz ta’ Ġesù Kristu. Għax hekk hemm miktub
fl-Iskrittura:
“Jien inqiegħed
f’Sijon ġebla tax-xewka, magħżula u għażiża;
min jemmen fiha
ma jkollux għax jitħawwad.
Għalikom, mela, li temmnu, dan huwa
ġieħ! Għal dawk li ma
jemmnux, din l-istess ġebla li warrbu l-bennejja saret il-ġebla
tax-xewka, ġebla ta’ tiġrif u tfixkil.
Tfixklu għax
ma qagħdux għall-kelma
ta’ Alla.
Għal dan kienu
ddestinati. Imma intom
ġens maħtur, saċerdozju rjali, nazzjon
qaddis, poplu li Alla kiseb għalih,
biex ixxandru t-tifħir ta’ dak li
sejħilkom mid-dlam għad-dawl tiegħu ta’ l-għaġeb.
Il-Kelma tal-Mulej.
VERSETT
Hallelujah. Hallelujah
Jiena hu t-Triq,
il-Verità u l-Ħajja, jgħid il-Mulej;
ħadd ma jmur għand
il-Missier jekk mhux permezz tiegħi.
Hallelujah
L-EVANĠELJU
Qari mill-Evanġelju skond San Ġwann
Ġw 14, 1-12
F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: ”Tħallux qalbkom
titħawwad! Emmnu f’Alla, u emmnu
fija wkoll. Fid-dar ta’ Missieri
hemm ħafna postijiet. Li ma kienx hekk, kont ngħidilkom:
“Sejjer
inħejjilkom fejn toqogħdu?”
U meta mmur u nħejjilkom
post, nerġa’
niġi biex neħodkom
miegħi biex, fejn inkun jien,
tkunu intom ukoll.
U t-triq
għall-post fejn sejjer tafuha.
Tumas qallu: “Mulej,
aħna ma nafux fejn inti sejjer.
Kif nistgħu nafu
t-triq? Wieġbu Ġesù: “Jiena hu t-triq, il-verità
u l-ħajja. Ħadd
ma
jmur għand il-Missier jekk mhux permezz tiegħi.
Kieku għaraftu lili,
kontu tagħrfu wkoll lil Missieri:
minn issa ’l quddiem tagħrfuh, anzi
diġa’ rajtuh.
Qallu Filippu: “Mulej, urina l-Missier, u jkun biżżejjed għalina.
Ġesù wieġeb: “Ili daqshekk magħkom, Filippu, u għadek ma
għaraftnix? Min ra lili ra lill-Missier.
Kif tgħidli: “Urina l-Missier?”
Ma temminx
li jiena fil-Missier u l-Missier fija? Il-kliem li
ngħidilkom jien, ma ngħidux minn moħħi iżda l-Missier li jgħammar
fija qiegħed jagħmel l-opri tiegħu.
Emmnuni! Jiena fil-Missier u l-Missier
huwa fija. Jekk mhux għal
ħaġ’oħra, emmnuni minħabba dawn l-opri stess.
Tassew tassew ngħidilkom,
min jemmen fija hu wkoll għad
jagħmel
l-opri li qiegħed nagħmel jien, u akbar minnhom għad
jagħmel, għax
jiena sejjer għand
il-Missier.
Il-Kelma tal-Mulej.