L-EWWEL QARI

Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija

Is 58, 7-10

 

Dan jgħid il-Mulej:

Mhux dan is-sawm li jiena rrid

li taqsam ħobżok ma’ min hu bil-ġuħ,

u ddaħħal f’darek lill-imsejken bla saqaf?

Mhux li tlibbes lil min tara għarwien,

u n-nies ta’ darek ma tinsihomx?

Imbagħad ifeġġ bħaż-żerniq id-dawl tiegħek,

u malajr tagħlaqlek il-ġerħa tiegħek.

Quddiemek timxi l-ġustizzja tiegħek,

u l-glorja tal-Mulej timxi warajk.

Jekk biss issejjaħlu, iwieġeb il-Mulej;

jekk tgħajjatlu, jgħidlek: “Hawn jien!”

Jekk tneħħi minn nofsok il-moħqrija,

ma tmiddx subgħek u ma tagħmilx deni bi lsienek,

jekk int qalbek toħroġ għall-imġewwaħ,

u xxabbaqalb l-imnikket,

imbagħad id-dawl tiegħek ifiġġ fid-dlam,

u s-swied tiegħek ikun bħan-nofsinhar.

Il-Kelma tal-Mulej.


SALM RESPONSORJALI                     

Salm 111

RIT: Dawl fid-dlam ifeġġ għat-tajbin

 

Dawl fid-dlam ifeġġ għat-tajbin;

twajjeb u ħanin il-bniedem sewwa.

Tajjeb il-bniedem li jħenn u jislef,

li jmexxi ħwejġu bir-reqqa.

RIT .

 

Għax il-bniedem ġust qatt ma jitfixkel;

għal dejjem tibqa’ t-tifkira tiegħu.

Xejn ma jibżaminn aħbar ħażina;

qalbu qawwija bit-tama tal-Mulej. 

RIT .

 

Qalbu qawwija, m’għandux mniex jibża’.

Iqassam u jagħti lill-foqra;

għal dejjem tibqa’ l-ġustizzja tiegħu;

rasu merfugħa bil-ġieħ. 

RIT .


IT-TIENI QARI

Qari mill-Ewwel Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korintin

1 Kor 2, 1-5

Meta jiena wasalt għandkom, ħuti, ma ġejtx inħabbrilkom il-Misteru

taAlla bi kliem kbir jew għaref. Ma ppretendejtx li kont naf xi ħaġa

fostkom, ħlief lil Ġesù Kristu, u lil dan imsallab.

Jiena ġejt għandkom dgħajjef, imbażża’ u mriegħed. Il-kelma u

l-predikazzjoni tiegħi ma kinux imlibbsa bil-kliem qawwi ta’ l-għerf,

imma bil-wiri ta’ l-Ispirtu u l-qawwa, sabiex il-fidi tagħkom tinbena

mhux fuq l-għerf tal-bniedem, imma fuq il-qawwa ta’ Alla.

Il-Kelma tal-Mulej.


VERSETT
Hallelujah.
Halleluljah.
Jiena d-dawl tad-dinja, jgħid il-Mulej;

min jiġi warajja jkollu d-dawl tal-ħajja.

Hallelujah.

L-EVANĠELJU

Qari mill-Evanġelju skond San Mattew

Mt 5, 13-16

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lid-dixxipli tiegħu: ”Intom il-melħ ta’ l-art.

Imma jekk il-melħ jaqta’, biex jerġajieħu t-togħma? Ma jibqatajjeb

għal xejn iżjed ħlief biex jintrema barra u jintrifes min-nies.

Intom id-dawl tad-dinja. Belt li tkun qiegħda fuq muntanja ma

tistax tinħeba. Anqas ma jixegħlu l-musbieħ u jqegħduh taħt

is-siegħ, iżda fuq l-imnara, u hekk idawwal lil kull min ikun fid-dar.

Hekk għandu jiddi d-dawl tagħkom quddiem il-bnedmin, biex

jaraw l-għemejjel tajba tagħkom u jagħtu glorja lil Missierkom li hu

fis-smewwiet.

 

Il-Kelma tal-Mulej.