L-EWWEL QARI

Qari mill-Ktieb tal-Profeta Eżekjel

Eżek 37, 12-14

Hekk qal Sidi l-Mulej: “Ara, jiena niftaħ l-oqbra tagħkom, poplu

tiegħi, u nġibkom lura f’art Iżrael.

Imbagħad tkunu tafu li jiena l-Mulej, meta niftaħ l-oqbra tagħkom u

ntellagħkom mill-oqbra tagħkom, poplu tiegħi.

U jiena nqiegħed ruħi fikom, u terġgħu tieħdu l-ħajja. Inqegħedkom

f’artkom u tkunu tafu li jiena l-Mulej. Hekk għedt, u hekk nagħmel.

Oraklu tal-Mulej.

Il-Kelma tal-Mulej.


SALM RESPONSORJALI                     

Salm 129

RIT: Għand il-Mulej hemm it-tjieba

Minn qiegħ l-art insejjaħlek, Mulej:

isma’, Sidi, il-leħen tiegħi!

Ħa jkunu widnejk miftuħa,

jiena u nitolbok bil-ħniena.

RIT.

 

Jekk tal-ħtijiet int tagħti kas, Mulej,

Sidi, min jistajżomm sħiħ?

Imma għandek hemm il-maħfra,

biex hekk inqimuk fil-biżatiegħek.

RIT.

 

Jien lill-Mulej nistenna,

ruħi f’kelmtu tittama.

Tistenna ruħi lil Sidi,

aktar milli l-għassiesa s-sebħ.

RIT.

 

Jistenna Iżrael lill-Mulej!

Għax għand il-Mulej hemm it-tjieba,

u l-fidwa għandu bil-kotra.

Hu li jifdi lil Iżrael

minn ħtijietu kollha.

RIT.


IT-TIENI QARI

 

Qari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lir-Rumani

Rum 8, 8-11

 

Ħuti, dawk li jgħixu skond il-ġisem ma jistgħux jogħġbu lil Alla.

Issa intom ma intomx taħt il-ħakma tal-ġisem, imma ta’ l-Ispirtu,

ladarba hemm l-Ispirtu ta’ Alla jgħammar fikom. Jekk xi ħadd ma

għandux fih l-Ispirtu ta’ Kristu, dan m’huwiex tiegħu.

Jekk Kristu jgħammar fikom, għalkemm il-ġisem hu mejjet

minħabba fid-dnub, imma l-Ispirtu hu ħajjitkom minħabba

l-ġustizzja. Jekk l-Ispirtu ta’ dak li qajjem lil Ġesù mill-imwiet

jgħammar fikom, Alla stess li qajjem lil Kristu mill-imwiet iqajjem

għall-ħajja wkoll il-ġisem mejjet tagħkom, bis-saħħa ta’ l-Ispirtu li

jgħammar fikom.

 

 

Il-Kelma tal-Mulej.


VERSETT
Glorja u tifħir lilek, Kristu

Jien hu l-qawmien u l-ħajja, jgħid il-Mulej;

kull min jemmen fija, dan ma jmut qatt.

Glorja u tifħir lilek, Kristu


L-EVANĠELJU

Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann

Ġw 11, 1-45

F’dak iż-żmien, kien hemm wieħed marid, Lażżru minn Betanja,

ir-raħal ta’ Marija u oħtha Marta. Marija kienet dik li dilket il-Mulej

b’żejt ifuħ u xxuttatlu riġlejh b’xuxitha; u Lażżru, il-marid, kien ħuha.

Iż-żewġ nisa bagħtu jgħidu lil Ġesù: “Mulej, ara, ħabibek marid.

Meta sama’ l-aħbar Ġesù qal: “Din m’hijiex marda tal-mewt, iżda hi

għall-glorja ta’ Alla, biex biha tingħata glorja lill-Iben ta’ Alla.

Ġesù kien iħobbhom lil Marta u lil oħtha u lil Lażżru. Meta sama

li dan marad, baqajumejn oħra fejn kien, u mbagħad qal

lid-dixxipli: “Ejjew nerġgħu mmorru l-Lhudija. Qalulu d-dixxipli:

“Rabbi, il-Lhud għadhom kemm kienu qegħdin ifittxu li jħaġġruk,

u int rieġasejjer hemm? Weġibhom Ġesù: “Mhux tnax-il siegħa

fiha l-ġurnata? Sakemm wieħed jimxi bi nhar, ma jitfixkilx, għax

ikun qiegħed jara d-dawl ta’ din id-dinja. Imma jekk jimxi bil-lejl,

jitfixkel, għax ma jkollux dawl. Qalilhom hekk u mbagħad issokta

jgħidilhom: “Ħabibna Lażżru rieqed, iżda ħa mmur u nqajmu.

Qalulu d-dixxipli: “Mulej, jekk inhu rieqed, jiġifieri se jfiq. Iżda

Ġesù kien tkellem mill-mewt tiegħu, u huma ħaduha li kien qalilhom

fuq l-irqad ta’ meta wieħed ikun bin-ngħas. Imbagħad qalilhom

ċar u tond: “Lażżru miet. U jiena nifraħ minħabba fikom li ma

kontx hemm, ħalli temmnu. Iżda ejjew immorru sa ħdejh. Tumas,

imlaqqam it-Tewmi, qal lil sħabu d-dixxipli: “Immorru aħna wkoll

ħa mmutu miegħu.

Meta wasal, Ġesù sab li Lażżru kien ġa ilu erbat ijiem fil-qabar.

Betanja kienet qrib Ġerusalemm, xi ħmistax-il stadju ’l hemm

minnha. Ħafna Lhud kienu ġew għand Marta u Marija biex

ifarrġuhom minħabba ħuhom. Kif, mela, semgħet li kien ġej Ġesù,

Marta ħarġet tilqgħu, iżda Marija baqgħet id-dar. Marta qalet lil

Ġesù: “Mulej, kieku kont hawn, ħija ma kienx imut. Imma wkoll

issa, jiena naf li kull ma int titlob lil Alla, Alla jagħtihulek. Ġesù

qalilha: “Ħuk jerġajqum! Qaltlu Marta: “Jiena naf li jerġajqum,

fil-qawmien mill-imwiet fl-aħħar jum. Qalilha Ġesù: “Jiena hu

l-qawmien u l-ħajja. Kull min jemmen fija, ukoll jekk imut, jgħix;

u kull min jgħix u jemmen fija, dan ma jmut qatt. Temmnu inti

dan? Weġbitu: “Iva, Mulej, jiena nemmen li inti l-Messija,

l-Iben ta’ Alla, dak li ġie fid-dinja.

Kif qalet dan, marret issejjaħ lil oħtha Marija u minn taħt l-ilsien

qaltilha: “L-Imgħallem hawn, u qiegħed isejjaħlek. Dik, malli

semgħetha, qamet minnufih u marret ħdejh. Ġesù kien għadu ma

daħalx fir-raħal, imma baqafejn kienet ġiet tiltaqamiegħu Marta.

Il-Lhud li kienu d-dar ma’ Marija biex ifarrġuha, kif rawha tqum

malajr u toħroġ, marru warajha, għax stħajluha sejra lejn il-qabar biex

toqgħod tibki hemm.

Meta Marija waslet fejn kien Ġesù u ratu nxteħtet f’riġlejh, tgħidlu:

Mulej, kieku kont hawn ħija ma kienx imut. Ġesù, kif ra lilha

tibki u l-Lhud, li ġew magħha, jibku wkoll, ħass ruħu mqanqal u

tħawwad ħafna. Fejn qegħedtuh? staqsiehom. Huma weġbuh:

Mulej, ejja u ara. U Ġesù beka. Għalhekk il-Lhud qalu: “Ara

kemm kien iħobbu! Iżda xi wħud minnhom qalu: “Ma setax dan ilbniedem,

li fetaħ għajnejn l-agħma, jagħmel ukoll li dan ma jmutx?

Ġesù ħass ruħu mqanqal għal darb’oħra u resaq lejn il-qabar.

Dan kien għar magħluq bi blata fuqu. Ġesù qal: “Neħħu l-blata.

Marta, oħt il-mejjet, qaltlu: “Mulej issa beda jrejjaħ; ġa ilu erbat ijiem

mejjet. Qalilha Ġesù: “Ma għedtlekx li jekk inti temmen, tara

l-glorja ta’ Alla? Imbagħad neħħew il-blata. Ġesù rafagħajnejh

il fuq u qal: “Missier, irroddlok ħajr li smajtni. Kont naf li inti

dejjem tismagħni, imma għidt dan minħabba n-nies li hawn

madwari, biex huma jemmnu li inti bgħattni. Kif qal hekk, għajjat

b’leħen għoli: “Lażżru, oħroġ! U dak li kien mejjet ħareġ, b’idejh u

riġlejh infaxxati u b’maktur ma’ wiċċu. Ġesù qalilhom: “Ħollulu l-faxex

u ħalluh imur.

Ħafna mil-Lhud, li kienu ġew għand Marija u raw dak li għamel

Ġesù, emmnu fih.

 

Il-Kelma tal-Mulej.