L-EWWEL QARI

Qari mill-Ewwel Ktieb tas-Slaten

1 Slat 18, 42-45

Elija tela’ fuq il-quċċata tal-Karmel,
inxteħet fl-art,
u qiegħed wiċċu bejn irkobbtejh.
U qal lill-qaddej tiegħu:
!Itla u ħares lejn in-naħa tal-baħar.”
Dak tela’, ħares u qal:
“Ma hemm xejn.”
Qallu:”Erġa’ mur seba’ darbiet.”
Mas-seba darba qabad igħajjat:
Ara, hemm sħaba daqs keffa ta’ id ta’ raġel,
tielgħa mill-baħar.”
Qallu Elija: “Mur għidlu lil Aħab:
Arma ż-żwiemel u inżel,
qabel ma tilħqek ix-xita.”
Malli dan, is-sema swied,
qam ir-riħ,
u bdiet nieżla xita kbira.

Il-Kelma tal-Mulej.


SALM RESPONSORJALI                     

Salm 14

 RIT: Nimxu warajk kull fejn teħodna, Verġni Maria.

Mulej, min igħammar fid-dar  tiegħek?
Min joqgħod fuq il-għolja mqaddsa tiegħek?

RIT…

Min jgħix bla ħtija u jagħmel it-tajjeb,
min jgħid is-sewwa f’qalbu;
min ma jqasqasx bi lsienu,
ma jagħmilx deni lil ġaru, u
ma jgħajjarx lil għajru.

RIT…

Min ma jqisx lill-bniedem il-ħażin,
imma jweġġah lil dawk li jibżgħu mill-Mulej.

RIT…

Ta’ kelmtu l-Mulej fil-wegħdiet tiegħu kollha,

twajjeb f’dak kollu li għamel.

Iwieżen il-Mulej lil kull min se jaqa’,

iqajjem lil kull min hu mitluq.

RIT…


IT-TIENI QARI

Qari mill-Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Gallatin

Gal 4: 4,7

Ħuti, meta waslet il-milja taż-żmien,
Alla bagħat lil Ibnu, imwieled

minn mara, imwieled taħt il-Liġi,
biex jifdi lil dawk li kienu taħt

il-Liġi, biex ikollna l-adozzjoni ta’ wlied.
U għax intom ulied, Alla

bagħat l-Ispirtu ta’ Ibnu f’qalbna jgħajjat:
Abbà! Missier!”
U hekk m’intix iżjed ilsir, iżda iben:
u jekk iben, werriet ukoll
bil-grazzja ta’ Alla.

Il-Kelma tal-Mulej.

VERSETT
Hallelujah.
Halleluljah.
Hienja dawk li jisimgħu l-kelma t’Alla u jħarsuha

Hallelujah.

L-EVANĠELJU

Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann

Ġw 19, 25-27

Kien hemm wieqfa ħdejn is-salib ta’ Ġesù
ommu, oħt ommu, Marija ta’ Kleofa,
u Marija ta’ Magdala.
Mela kif Ġesù lemaħ lil ommu
u lid-dixxiplu li kien iħobb wieqaf ħdejha,
qal lil ommu:
“Mara, hemm hu ibnek.”
Imbagħad qal lid-dixxiplu:
Hemm hi ommok.”
U minn dak il-ħin id-dixxiplu
ħadha għandu.

 Il-Kelma tal-Mulej.