L-EWWEL QARI

Qari mill-Ktieb tal-Profeta Isaija

Is 42, 1-4.6-7

Dan jgħid il-Mulej:

Araw il-qaddej tiegħi, li jiena nwieżen,

il-maħtur tiegħi li fih qalbi strieħet!

Qegħedt l-ispirtu tiegħi fuqu, biex iġib il-ġustizzja lill-ġnus.

Ma jgħajjatx, ma jgħollix leħnu; ma jsemmax leħnu fil-pjazez,

qasba mġelġla ma jiksirhiex, musbieħ inemnem ma jitfihx.

Iġib il-ġustizzja fis-sewwa.

Ma jegħjiex, ma jitfarrakx,

sakemm ma jwaqqafx il-ġustizzja fuq l-art;

u l-gżejjer imbiegħda jistennew il-liġi tiegħu.

Jien il-Mulej, sejjaħtlek fis-sewwa,

qbadtek minn idek u ħaristek,

u għamilt minnek patt tal-poplu,

dawl għall-ġnus,

biex int tiftaħ għajnejn l-għomja,

toħroġ lill-ilsiera mill-ħabs,

u lil dawk li hemm fid-dlam minn dar l-għeluq.

Il-Kelma tal-Mulej.


SALM RESPONSORJALI                     

Salm 28  

RIT: Il-Mulej ibierek il-poplu tiegħu bis-sliem

Agħtu lill-Mulej, ulied Alla,

agħtu lill-Mulej glorja u qawwa.

Agħtu lill-Mulej il-glorja ta’ ismu,

qimu l-Mulej fl-għamara mqaddsa tiegħu.

RIT .

Leħen il-Mulej fuq l-ibħra;

il-Mulej fuq l-ibħra kotrana.

Leħen il-Mulej bil-qawwa,

leħen il-Mulej bil-glorja.

RIT .

Alla tal-glorja jriegħed,

u fit-tempju tiegħu kulħadd jgħid: “Glorja!

Il-Mulej jaħkem fuq l-għargħar;

isaltan il-Mulej għal dejjem.

RIT .

 

 

IT-TIENI QARI

Qari mill-Ktieb ta’ l-Atti ta’ l-Appostli

Atti 10, 34-38

F’dak iż-żmien, Pietru qabad jitkellem u qal: “Issa tassew qiegħed

nifhem li Alla ma jħares lejn wiċċ ħadd, imma jilqalil kull min

għandu l-biżatiegħu u jagħmel is-sewwa, ikun minn liema poplu

jkun.

Huwa bagħat il-Kelma tiegħu lil ulied Iżrael u xandrilhom is-sliem

permezz ta’ Ġesù Kristu, li hu s-Sid ta’ kollox.

Intom tafu b’dak li ġara mal-Lhudija kollha, ibda mill-Galilija, wara

li Ġwanni kien xandar il-magħmudija; tafu kif Alla kkonsagra lil

Ġesù ta’ Nażaret bl-Ispirtu s-Santu u bil-qawwa, u kif dan Ġesù

għadda jagħmel il-ġid u jfejjaq lil dawk kollha li kienu maħkuma

mix-xitan, għax Alla kien miegħu.

Il-Kelma tal-Mulej.


VERSETT
Hallelujah. Halleluljah.

Is-smewwiet infetħu, u leħen il-Missier instama’:

“Dan hu Ibni l-għażiż: isimgħu lilu.

Hallelujah.

L-EVANĠELJU

Qari mill-Evanġelju skont San Mattew

Mt 3, 13-17

F’dak iż-żmien, Ġesù ġie mill-Galilija lejn il-Ġordan għand Ġwanni

biex jitgħammed minnu.

Imma Ġwanni ma ħalliehx, u qallu: “Jiena hu li jeħtieġ li

nitgħammed minnek, u inti tiġi għandi? Ġesù qallu:”Inti għalissa

ħallik minn dan, għax hekk jixraq nagħmlu, biex intemmu s-sewwa

kollu. Imbagħad Ġwanni ħallieh jitgħammed.

Ġesù, wara li tgħammed, minnufih tala’ mill-ilma; u ara,

is-smewwiet infetħu, u ra l-Ispirtu ta’ Alla nieżel qisu ħamiema u ġej

għal fuqu. U mis-smewwiet instamaleħen jgħid: “Dan hu Ibni

l-għażiż: fih sibt l-għaxqa tiegħi.

Il-Kelma tal-Mulej.