L-EWWEL QARI

Qari mill-Ktieb ta’ l-Eżodu

34, 4b-6.8-9

F’dak iż-żmien, Mosè qam filgħodu kmieni, u tala’ fuq il-muntanja

tas-Sinaj, kif kien ordnalu l-Mulej, u ħa f’idejh iż-żewġ twavel

tal-ġebel.                                                                                                 

Imbagħad il-Mulej niżel fi sħaba u waqaf hemm maġenbu; u xandar

l-isem tal-Mulej. U l-Mulej għadda minn quddiemu u għajjat:

Jaħweh! Jaħweh! Alla li jagħder u jħenn; tqil biex jagħdab u kbir

fit-tjieba u fil-fedeltà.

Mosè minnufih inxteħet għal wiċċu fl-art, ta qima u qal: ”Jekk jien

tassew sibt ħniena quddiemek, Sidi, ħa jiġi Sidi ġo nofsna, nitolbok;

għax dan hu poplu rasu iebsa. Aħfrilna ħżunitna u ħtijietna, u ħudna

b’wirt għalik.

Il-Kelma tal-Mulej.


SALM RESPONSORJALI                     

Dan 3

RIT: Ta’ min ifaħħrek u jgħollik fuq kollox għal dejjem

Imbierek int, Mulej, Alla ta’ missirijietna. RIT .

Imbierek ismek, qaddis u msebbaħ. RIT .

Imbierek int fit-tempju tas-sebħ imqaddes tiegħek. RIT .

Imbierek int li qiegħed fuq il-kerubini, li ħarstek tinfed l-abbissi. RIT .

Imbierek int fuq it-tron ta’ saltnatek. RIT .

Imbierek int fil-wisakollu tas-sema. RIT .

 


IT-TIENI QARI

 

Għeluq tat-Tieni Ittra ta’ San Pawl Appostlu lill-Korintin

2 Kor 13, 11-13

Ħuti, ifirħu, ħabirku għall-perfezzjoni, isimgħu milli wieħed

jgħidilkom, kunu ta’ fehma waħda, żommu s-sliem, u Alla ta’

l-imħabba u s-sliem ikun magħkom.

Sellmu lil xulxin b’bewsa qaddisa. Il-qaddisin kollha jsellmulkom.

Il-grazzja ta’ Sidna Ġesù Kristu, l-imħabba ta’ Alla u l-għaqda

fl-Ispirtu s-Santu jkunu magħkom ilkoll.

 

Il-Kelma tal-Mulej.



VERSETT
Hallelujah. Hallelujah

Glorja lill-Missier, u lill-Iben, u lill-Ispirtu s-Santu,
lil Alla li hu, u li kien, u li għad irid jiġi.

Hallelujah


L-EVANĠELJU

Qari mill-Evanġelju skont San Ġwann

Ġw 3, 16-18

F’dak iż-żmien, Ġesù qal lil Nikodemu: ”Alla hekk ħabb lid-dinja

li ta lil Ibnu l-waħdieni, biex kull min jemmen fih ma jintilifx, iżda

jkollu l-ħajja ta’ dejjem.

Għax Alla ma bagħatx lil Ibnu fid-dinja biex jagħmel ħaqq

mid-dinja, imma biex id-dinja ssalva permezz tiegħu.

Min jemmen fih ma jkunx ikkundannat; iżda min ma jemminx

huwa ġa kkundannat, għax ma emminx fl-isem ta’ l-Iben il-waħdieni

ta’ Alla.

 

Il-Kelma tal-Mulej.