Parroċċa Madonna tal-Karmnu - Fgura
"U meta nintrefa' 'l fuq mill-art, jien niġbed il-bnedmin kollha lejja." Ġw. 12,32.

GĦAQDIET

IL-LEGJUN TA’ MARIJA


IL-LEĠJUN TA' MARIJA FIL-FGURA

Il-Leġjum ta' Maria fil-Fgura beda' fit-30 ta' Settembru 1962

L-ewwel Direttur Spiritwali kien Patri Clement Caruana. O.Carm. L-ewwel President kienet is-Sinjura Mary Fenech. minn Raħal Ġdid. F’dan l-ewwel Praesidium il-Membri kienu 14. Il-laqgħa ta’ kull ġimgħa kienet ssir nhar ta’ Ħamis, fil-5.30 p.m., u hekk għadu jsir illum.

Kien hemm żmien meta f'dan il-Praesidium kienu jattendu ħafna Membri. Għalhekk il-Membri nqasmu, u bdiet issir laqgħa oħra filgħodu, fid-9.30 p.m., nhar ta’ Erbgħa.

Tliet Praesidia

Bħalissa fil-laqgħa li ssir nhar ta' Ħamis filgħaxija hemm 11-il membru, u dan il-Praesidium hu mmexxi mis-Sinjura Irene Dalli. Għall-Praesidium li jiltaqa' l-Erbgħa filgħodu jattendu ukoll 11-il membru, u dan hu mmexxi mis-Sinjura Jane Galea. Iż-żewġ Praesidia. li huma t-tnejn tan-Nisa, għandhom lil Patri Mawrizju Mizzi, O.Carm., bħala Direttur Spiritwali.

Fil-Parroċċa tagħna hemm ukoll Praesidium ieħor: dak ta’ l-Irġiel, li jiltaqa' wkoll nhar ta’ Ħamis fil-5.30 p.m. Dan hu mmexxi mis-Sur Gustav Privitelli, u hu taħt it-tmexxija spiritwali ta' Patri Mawrizju Mizzi. O.Carm.

Sa ftit snin ilu kien hawn ukoll żewġ Praesidia taż-żgħar: wieħed għall-Bniet u l-ieħor għas-Subien.

Il-Forma tal-Laqgħat

Il-laqgħa tibda bir-reċita tar-Rużarju. Imbagħad tinqara silta mill-Hand Book tagħna, u ssir diskussjoni fuqha.

Wara jitqassam ix-xogħol bejn il-Membri, biex isir matul il­ġimgħa. Aħna nżuru tnejn tnejn id-djar tal-Fgura, xi Dar ta' l-Anzjani jew sptar. Nieħdu magħna l-istatwa tal-Madonna u nħalluha fid-djar għal ġimgħa. Sadattant aħna nitkellmu mal-familji li nżuru u, filwaqt li nħajruhom jattendu xi Għaqda reliġjuża, nippruvaw ngħinuhom f'dak kollu li jeħtieġu, mill-aħjar li nistgħu, jew nirreferuhom għand min jista' jgħinhom.

Waqt il-laqgħa wkoll id-Direttur Spiritwali jaqra u jispjega silta mill-Evanġelju. Il-laqgħa ma ddumx iktar minn sagħtejn.

Xogħol li jwettaq

Għandu żewġ Kategoriji ta’ Membri :

Membri attivi:

Jattendu għal laqgħa darba fil-ġimgħa.

  • lwettqu sagħtejn appostolat fil-ġimgħa f’xogħol ta’ Konversjoni, Konservazzjoni u Konsolazzjoni

Membri Awżiljiari:

Dawn ma jattendux laqgħat, iżda jgħinu fit-talb għalhekk “Awżiljari” għax

  • jitolbu,
  • jgħidu r-Rużarju kuljum u
  • t-Talba tal-Leġjun ta’ Marija li tinsab fit-Tessera li tinagħtalhom.

Attivitajiet: (Membri Attivi)

  • Visti fid-djar għand il-familji fejn titwassal statwa żgħira tal-Madonna darba fil-ġimgħa.
  • Visti bi statwa tal-Madonna fil-ħwienet kollha tal-Fgura għal qima darba fil-ġimgħa.
  • Visti fil-Ħabs tal Kordin fejn isiru laqgħat ma’ l-inmates.
  • Rużarju fil-Każini kollha tal-Parroċċa kull nhar ta’ Tlieta matul ix-xhur ta’ Mejju u Ottubru, (Matul is-sena kollha isir ruzarju fil-berah kull nhar ta’ Hamis.)
  • Visti fl-isptar u djar ta’ l-anzjani.
  • Jaghti s-sehem tiegħu f’xogħol li jsir fil-parroċċa.

Sejħa

Il-parruċċani kollha tal-Fgura huma msejħa biex flimkien nagħmlu parrocca aħjar u nressqu aktar erwieh erwieħ lejn Kristu. Il-Leġjun ta' Marija jilqa’ lil kulħadd, u għandu sehem għal kulħadd, Irgiel, Nisa u Tfal, fil-ħidma li jwettaq ma' l-istess Membri, u mal-familji tal-Fgura. Għalhekk, jekk jinteressak, agħmel kuntatt fuq wieħed minn dawn in-numri tat-telefon, u tingħata aktar tagħrif:

SPLENDUR TAS-SEMA (Nisa)
Immexxi minn Mrs. Irene Dalli
(Tel: 21291174)


SULTANA TAL-LABTU MQADDES-(Nisa)         
Immexxi minn Mrs. Jane Galea
(Tel:  21661696)


GMIEL TAL-KARMELU (Irgiel)
Immexxi minn Mr. Gustav Privitelli
(Tel. 21801876)

Materjal migbur minn Gustav Privitelli

Agħfas hawn biex tmur lura fil-Lista ta' l-Għaqdiet