Parroċċa Madonna tal-Karmnu - Fgura
"U meta nintrefa' 'l fuq mill-art, jien niġbed il-bnedmin kollha lejja." Ġw. 12,32.

KUMMISSJONIJIET PARROKKJALI

  Kummissjoni Liturġika:

Minħabba li l-liturġija hija l-għajn u l-quċċata tal-ħajja tal-Knisja ma jistax ikun li parroċċa ma tagħtix l-importanza li tixraq liċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi. Flimkien mal-kappillan, din il-Kummissjoni li tiltaqa’ kull xaharejn tieħu ħsieb tippjana u torganizza ċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi tal-parroċċa. Barra minn hekk għandha d-dmir li tieħu ħsieb il-formazzjoni tal-letturi, l-animaturi u dawk kollha involuti fiċ-ċelebrazzjoni tal-liturġja mqaddsa.

P. Raymond Calleja O. Carm
Emmanuel Axisa -
Chairperson
Louis Cutajar - Segretarju
Nazzareno Farrugia - Ministri tal-Liturġija
Edward Mifsud - Ċeremonjier
Simon Ellul - Kor Parrokkjali
Lilian Plumpton - Kor tat-Tfal



Kummissjoni Kateketika:

Il-liturġija u l-Katekeżi huma marbuta flimkien. Għaldaqstant din il-Kummissjoni tieħu ħsieb li tikkoordina l-katekeżi li ssir fil-parroċċa tagħna li tinkludi dik tat-tfal fl-oqsma tal-Museum, dik ta’ l-adulti li ssir mill-Mixja Neo-Katekumenali u dik tat-tfal li ssir fil-quddies tal-Ħdud biex hekk it-tfal ikollhom il-liturġija spjegata b’mod li jifmuha huma u jieħdu l-frott minnha.

P. Raymond Calleja O. Carm Chairperson
Is-Superjur Christopher Grima
Is-Superjura
Georgina Casha
Nazzarenu Farrugia

Joe Fava


Kummissjoni Żgħażagħ u Adolexxenti:

Din hija kummissjoni importanti minħabba n-numru kbir ta’ żgħażagħ u adolexxenti li għandna fil-parroċċa. Il-parroċċa tagħna kienet fost ta’ l-ewwel li waqqfet din il-kummissjoni li hija magħmula kollha miż-żgħażagħ. Id-dmir ta’ din il-Kummissjoni li tiltaqa’ kull xaharejn huwa l-ko-ordinament tal-ħidma pastorali li ssir mill-parroċċa maż-żgħażagħ u l-adolexxenti. L-istess kummissjoni hija responsabbli mill-liturġija għaż-żgħażagħ mhux biss fl-okkażjonijiet speċjali imma wkoll għall-quddiesa tal-11:00am f’kull l-ewwel Ħadd tax-xahar u dik tas-6:30pm kull tielet Ħadd tax-xahar.

P. Raymond Calleja O. Carm - Chairperson
Louise Borg Sammut
Christian Brincat
Antonella Brincat


Kummissjoni Familja

Il-familja hija realtà importanti ħafna u għalhekk din il-kummissjoni li tiltaqa’ kull xaharejn, tieħu ħsieb il-ko-ordinament tal-pastorali mal-familja fil-parroċċa. Mhux biss tipprovdi ċelebrazzjonijiet liturġiċi indirizzati għall-familja imma wkoll tieħu ħsieb il-laqgħat ta’ preparazzjoni għall-ġenituri u l-parrini li jkollhom trabi għall-magħmudija, il-laqgħat ta’ thejjija immedjata għaż-żwieġ, il-kors ta’ Kana u inizjattivi oħra.

P. Raymond Calleja O. Carm Chairperson
Is-Sinjuri Martin u Anna Duca - Koppja Segretarja
Is-Sinjuri Raymond u Gemma Gauci
Is-Sinjuri Charles u Marvic Debono
Is-Sinjuri Vince u Sina Gouder
Is-Sinjuri Louis u Noella Cutajar
Is-Sinjuri Sean u Bernice Fava


Kummissjoni Djakonija:

P. Raymond Calleja O. Carm -  Chairperson
Lilian Plumpton
Mariella Zammit
Irene Dalli


Kummissjoni Festa Esterna

Ġiet imwaqqfa fil-parroċċa fl-1993 u għandha l-għan li tkun l-id il-leminija tal-kappillan jew il-prokuratur tal-festa fl-organizzazzjoni tal-festi esterni tal-Madonna tal-Karmnu. Taħt ir-responsabiltà ta’ din il-kummissjoni jaqgħu l-armar tat-toroq, id-dawl tal-festa fit-toroq, il-permessi kollha tal-festa, in-nar ta’ l-art u ta’ l-ajru, l-insurances u l-baned mistiedna nhar il-festa.

P. Raymond Calleja O. Carm  -  Kappillan u Prokuratur tal-Festa
Jason Lombardo - Vici Chairman
Kenneth Debono - Segretarju
Roderick Bondin - Assistent Segretarju
Edward Mifsud
 - Kaxxier
Kurt Scicluna - Assistent Kaxxier
Anton Tanti - Direttur tal-Armar
Emmanuel Spiteri – Assistent Direttur tal-Armar
Dylan Seychell - Direttur tal-Maħżen
Christian Brincat B.Ed (Hons) - PRO

Membri:
  Redeemer Bianco
  Rowan Vella D'Abrogio
  Daniel Gauci
  Andrea Zerafa
 


Kummissjoni Tfal:

Glen Mercieca - Responsabbli
Miriam Spiteri - Responsabbli

Tfal:

Sherice Abela
Maria Emma Buhagiar
Celine Caruana 

Mariah Catanzaro
Martha Cassar
Mariah Dimech
Shanaia Dimech
Maria Ellul
Jamie Inguanez
Jake Scerri
Bradely Zerafa
Elisa Zerafa


Kummissjoni Formazzjoni:

Louis Caruana
Richard Galea
Emmanuel Axisa

Louis Cutajar