X’inhi l-Mixja NeoKatekumenali?
Il-Knisja tidentifika l-Mixja NeoKatekumenali hekk:
1. In-natura tal-Mixja Neokatekumenali hi definita mill-Q.T. Ġwanni Pawlu II meta jikteb: “Nagħraf il-Mixja Neokatekumenali bħala itinerarju ta’ formazzjoni kattolika, li jiswa għas-soċjetà u għaż-żminijiet ta’ llum.”
2. Il-Mixja Neokatekumenali qiegħda għas-servizz ta’ l-Isqfijiet bħala mod kif tista’ titwettaq fid-djoċesi d-daħla fil-fidi nisranija u l-edukazzjoni permanenti fil-fidi, skond dak li juru kemm il-Konċilju Vatikan II kif ukoll il-Maġisteru tal-Knisja.
3. Il-Mixja Neokatekumenali hi magħmula minn ġabra ta’ ġid spiritwali:
i. in-”Neokatekumenat”, jew Katekumenat ta’ wara l-magħmudija;
ii. l-edukazzjoni permanenti fil-fidi;
iii. il-katekumenat għall-magħmudija;
iv. is-servizz tal-katekeżi.
(Meħud mill-Istatut, Artiklu 1)
Għal aktar informazzjoni fittex
http://www.camminoneocatecumenale.it/
http://www.camminoneocatecumenale.it/en/statuti1.asp
F’Malta u Għawdex
Bi stedina ta’ l-E.T. Arċisqof Mikiel Gonzi equipe ta’ katekisti ġew hawn Malta f’Ottubru 1973. Ir-responsabbli ta’ dan l-equipe kienu Ewsebju Astiaso u Ġuljetta Cascino li għadhom janimaw sallum il-Mixja Neokatekumenali hawn Malta. Illum il-Mixja Neokatekumenali tinsab imferrxa f’għadd ta’ parroċċi kemm f’Malta kif ukoll f’Għawdex.
Il-Mixja Katekumenali tinsab fil-parroċċi ta’
- Il-Balluta
- Ħal Balzan
- Il-Belt (San Duminku)
- Birkirkara (Sant’Elena)
- Il-Fgura
- Il-Furjana
- Gwardamanġa
- Ħal Għaxaq
- Il-Ħamrun (Kunċizzjoni)
- Il-Ħamrun (San Gejtanu)
- Ħal Luqa
- Il-Marsa (M’Reġina)
- Marsaxlokk
- Il-Mosta
- L-Imsida
- Il-Qawra
- Ħal Qormi (San Bastjan)
- Ir-Raħal Ġdid (Kristu Rè)
- San Ġwann
- San Pawl il-Baħar
- Santa Venera
- Ħaż-Żabbar
- Iż-Żejtun
- Iż-Żurrieq
Responsabbli f’Malta
- Ewsebju Astiaso u Ġuljetta Cascino
- Don Maurizio Martini
- Pietro Di Bartolomeo
Indirizz
c/o “Carisma”,
87 Triq San Anard,
Ħal Tarxien TXN 9014
Telefon
2167 2792
Website
www.camminoneocatecumenale.it
Email
linorita@gmail.com
Agħfas hawn biex tmur lura fil-Lista ta' l-Għaqdiet |