Parroċċa Madonna tal-Karmnu - Fgura
"U meta nintrefa' 'l fuq mill-art, jien niġbed il-bnedmin kollha lejja." Ġw. 12,32.

GĦAQDIET

IL-LEGJUN TA’ MARIJA

 

IL-LEĠJUN TA' MARIJA FIL-FGURA

Il-Leġjum ta' Marija fil-Fgura beda' fit-30 ta' Settembru 1962

L-ewwel Direttur Spiritwali kien Patri Clement Caruana. O.Carm u l-ewwel President kienet is-Sinjura Mary Fenech minn Raħal Ġdid. F’dan l-ewwel Praesidium il-Membri kienu 14. Il-laqgħa ta’ kull ġimgħa kienet ssir nhar ta’ Ħamis, fil-5.30 p.m.

Maż-żmien in-numru tal-membri beda jiżdied, għalhekk inħass il-ħtieġa li jinqasam f’żewġ Praesidia. Filfatt fatt fil-preżent fil-parroċċa tagħna insibu żewġ Praesidia tan-nisa, grupp jiltaqa’ kull nhar ta’ Erbgħa wara l-quddiesa tat-7:45am u grupp ieħor kull nhar ta’ Ħamis fil-5:30pm.

Fil-Fgura kellna wkoll Praesidium tal-irġiel kif ukoll żewġ Praesidia taż-żgħar: wieħed għall-Bniet u l-ieħor għas-Subien. Imma minħabba in-nuqqas ta’ membri dawn it-tliet gruppi m’għadhomx jiltaqgħu.

Il-Forma tal-Laqgħat

Il-laqgħa tibda bir-reċita tar-Rużarju. Imbagħad tinqara silta mill-Hand Book tagħna, u ssir diskussjoni fuqha.

Wara jitqassam ix-xogħol bejn il-Membri, biex isir matul il­ġimgħa. Fost ix-xogħol li jsir il-membri jżuru nies anzjani li jgħixu fil-parroċċa jew anzjani rikoverati f’xi dar tal-anzjani.

Barra minnhekk il-membri jżuru l-familji fejn jieħdu magħhom l-istatwa tal-Madonna u jħalluha għand il-familja partikolari għal ġimgħa. Sadattant il-membri jitkellmu mal-familji li jżuru u, jippruvaw jgħinuhom f'dak kollu li jeħtieġu, mill-aħjar li jistgħu, jew jirreferuhom għand min jista' jgħinhom.

 

Agħfas hawn biex tmur lura fil-Lista ta' l-Għaqdiet