Kummissjoni Liturġika:
Minħabba li l-liturġija hija l-għajn u l-quċċata tal-ħajja tal-Knisja ma jistax ikun li parroċċa ma tagħtix l-importanza li tixraq liċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi. Flimkien mal-kappillan, din il-Kummissjoni li tiltaqa’ kull xaharejn tieħu ħsieb tippjana u torganizza ċ-ċelebrazzjonijiet liturġiċi tal-parroċċa. Barra minn hekk għandha d-dmir li tieħu ħsieb il-formazzjoni tal-letturi, l-animaturi u dawk kollha involuti fiċ-ċelebrazzjoni tal-liturġja mqaddsa.
Il-liturġija u l-Katekeżi huma marbuta flimkien. Għaldaqstant din il-Kummissjoni tieħu ħsieb li tikkoordina l-katekeżi li ssir fil-parroċċa tagħna li tinkludi dik tat-tfal fl-oqsma tal-Museum, dik ta’ l-adulti li ssir mill-Mixja Neo-Katekumenali u dik tat-tfal li ssir fil-quddies tal-Ħdud biex hekk it-tfal ikollhom il-liturġija spjegata b’mod li jifmuha huma u jieħdu l-frott minnha.
Kummissjoni Żgħażagħ u Adolexxenti:
Din hija kummissjoni importanti minħabba n-numru
kbir ta’ żgħażagħ u adolexxenti li għandna fil-parroċċa. Il-parroċċa
tagħna kienet fost ta’ l-ewwel li waqqfet din il-kummissjoni
li hija magħmula kollha miż-żgħażagħ. Id-dmir ta’ din
il-Kummissjoni li tiltaqa’ kull xaharejn huwa l-ko-ordinament
tal-ħidma pastorali li ssir mill-parroċċa maż-żgħażagħ u l-adolexxenti.
L-istess kummissjoni hija responsabbli mill-liturġija
għaż-żgħażagħ mhux biss fl-okkażjonijiet speċjali imma wkoll
għall-quddiesa tal-11:00am f’kull l-ewwel Ħadd tax-xahar u
dik tas-6:30pm kull tielet Ħadd tax-xahar.
Kummissjoni Familja
Il-familja hija realtà importanti ħafna u għalhekk din il-kummissjoni li tiltaqa’ kull xaharejn, tieħu ħsieb il-ko-ordinament tal-pastorali mal-familja fil-parroċċa. Mhux biss tipprovdi ċelebrazzjonijiet liturġiċi indirizzati għall-familja imma wkoll tieħu ħsieb il-laqgħat ta’ preparazzjoni għall-ġenituri u l-parrini li jkollhom trabi għall-magħmudija, il-laqgħat ta’ thejjija immedjata għaż-żwieġ, il-kors ta’ Kana u inizjattivi oħra.
Kummissjoni Djakonija:
Din
il-Kummissjoni tagħti għajnuna u/jew sapport lil dawk
il-persuni li huma vulnerabbli u li
għandhom xi bżonnijiet kemm materjali, psikoloġiċi, soċjali eċċ.
Kummissjoni Festa Esterna
Ġiet imwaqqfa fil-parroċċa fl-1993 u għandha
l-għan li tkun l-id il-leminija tal-kappillan jew
il-prokuratur tal-festa fl-organizzazzjoni tal-festi esterni
tal-Madonna tal-Karmnu. Taħt ir-responsabiltà ta’ din
il-kummissjoni jaqgħu l-armar tat-toroq, id-dawl tal-festa
fit-toroq, il-permessi kollha tal-festa, in-nar ta’ l-art u
ta’ l-ajru, l-insurances u l-baned mistiedna nhar il-festa.
Kummissjoni Tfal:
Din il-Kummissjoni tagħti spazju lit-tfal biex jiddiskutu,
jippjanaw u jwettqu programm ta’
ħidma u attività imtella minnhom stess. Dan isir biex it-tfal jintegraw aktar
fil-ħidma pastorali
tal-Parroċċa.