L-iskop prinċipali tal-MUSEUM huwa l-qdusija tal-membri tiegħu permezz tat-tagħlim u formazzjoni personali u soċjali li dawk li jattendu fih jieħdu ta’ kuljum. Din il-formazzjoni tingħata liż-żgħażagħ u l-adolexxenti, principalment mil-lezzjonijiet varjati u ppreparati li jkollna kuljum.
Biex dawn l-adolexxenti u ż-żgħażagħ li jattendu jkollhom formazzjoni sħiħa, l-attivitajiet soċjali u rikreattivi huma importanti ħafna. Għalhekk matul is-sena il-Museum jorganizza bosta attivitajiet. Matul ix-xitwa ma tonqosx il-ħarġa ta’ kull nhar ta’ Ħadd wara nofs in-nhar, ħarġiet u tisjiriet fil-kampanja, hikes, drama fiż-żminijiet tal-Milied u ġranet ta’ formazzjoni u rikreazzjoni. Fis-sajf ukoll l-attivitajiet ma jonqsux, flimkien ma’ l-għawma ta’ kull nhar ta’ Ħadd. Ikollna logħob u clubs tas-sajf, quizzies, barbeques u ġurnata Għawdex.
Għall grazzja t’Alla, il-Mulej berikna b’numru sabiħ ta’ żgħażagħ u adolexxenti li jattendu regolarment fil-MUSEUM tal-Fgura. J’Alla l-Mulej ibierek dawn iż-żgħażagħ u jkompli jinqeda bis-soċjetà tal-Museum biex jiggwidahom, iħarishom mit-tlellix li toffri d-dinja u jfittxu dejjem li f’ħajjithom jimxu wara Ġesù u jagħmlu r-rieda tiegħu.
Agħfas hawn biex tmur lura fil-Lista ta' l-Għaqdiet